Eman Portelli

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għajnsielem

Sewwieq ta’ mutur ta’ 59 sena mix-Xagħra jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn ħames karozzi f’Għajnsielem. Mara ta’ 46 sena mill-Għarb ttieħdet l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara li qed isoffri minn xokk qawwi.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-15:45 fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem meta kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi tat-tip Hyundai i20 misjuqa minn raġel Ukren ta’ 44 sena li jogħqod l-Ukrajna u Toyota Vitz li kienet misjuqa mill-mara mill-Għarb. Filwaqt li l-mutur involut f’dan l-inċident kien tal-għamla Triumph Tiger Explorer XC.

B’konsegwenza ż-żewġ karozzi u muturi daħlu f’żewġ karozzi oħra tat-tip Nissan Micra u Toyota Prius li kienu pparkjati fit-triq.

Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Bridgette Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.

Jitħassru l-attivitajiet kollha tal-Karnival tas-Sajf fi tmiem il-ġimgħa

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali flimkien ma’ Festivals Malta, juru sogħba għat-telfa traġika ta’ Jean Paul Bonett u jesprimu solidarjetà mal-familja u ħbieb tiegħu.

Jean Paul Bonett kien wieħed mill-aħjar artisti fis-settur tal-karnival tant li għal ħafna żmien kien leader ta’ waħda mill-kumpaniji ewlenin.

L-attivitajiet kollha ippjanati għal dan it-tmiem il-ġimgħa tal-Karnival tas-Sajf mhux se jsiru.

Informazzjoni oħra tingħata aktar tard.

Filmat: Raġel ta’ 45 sena jitlef ħajtu b’xokk f’maħżen tal-karnival fil-Marsa

Id-dilettanti tal-Karnival maħsuda bil-mewta traġika ta’ Jean Paul Bonett

Jean Paul Bonett, ta’ 45 sena mill-Ħamrun huwa r-raġel li miet fil-maħżen tal-Karnival fil-Marsa. Bonett jew kif inhu magħruf bħala ċ-Chippy miet wara li ħa xokk waqt li kien qed jaħdem fuq karru tal-karnival.

Bonett huwa attiv ukoll fil-festa ta’ San Gejtanu hekk kif huwa wieħed mir-reffiegħa tal-istatwa ta’ San Ġejtanu.

Filmat: Raġel ta’ 45 sena jitlef ħajtu b’xokk f’maħżen tal-karnival fil-Marsa

Aktar minn 10 kumpaniji Maltin tal-video games u e-sports jesebixxu x-xogħol tagħhom ġewwa Gamescom, il-Ġermanja

Is-Segretarju Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni Silvio Schembri qed imexxi delegazzjoni ta’ kumpaniji tal-videogames u e-sports ġewwa Cologne fil-Ġermanja fejn permezz ta’ GamingMalta qed jesebixxu x-xogħol tagħhom f’Gamescom, l-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sportsAqra aktar

Raġel jindarab bi ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq f’Wied il-Għajn

Sirjan ta’ 25 sena, li jogħqod Wied il-Għajn qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li sofra minn xi ħruq.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-11:20 tal-Ħamis filgħodu fi Triq is-Sibbien Wied il-Għajn, meta s-Sirjan sofra xi ħruq ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet waqt li kien qed ibiddel ċilindru tal-gass.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejja.

Il-President jiltaqa’ mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti

Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Ghassan Salamé. Ġewwa l-Palazz ta’ San Anton huma tkellmu dwar is-sitwazzjoni preżenti fill-Libja, fejn il-President Malti saħaq fuq il-punt li l-poplu Libjan qiegħed ibati u qal li kemm jista’ jkun malajr tinstab is-soluzzjoni sabiex ikun hemm il-paċi f’dan il-pajjiż. Il-President Vella qal li sitwazzjoni fil-Libja taffettwa lir-reġjun tal-Mediterran kollu. Il-President qal li n-Nazzjonijiet Uniti għandha rwol kruċjali sabiex ikun hemm sitwazzjoni ta’ paċi.

Min-naħa tiegħu Salamé tkellem mal-President Vella dwar l-aħħar żvilluppi dwar x’qed isir fil-Libja. Il-President Vella assigura li Malta se tagħti s-sapport li hemm bżonn sabiex is-sitwazzjoni fil-Libja tkun waħda ta’ paċi u stabiltà.

Send this to a friend