Eman Portelli

Malta tisħaq għal trasparenza fin-negozjar tal-prezzijiet tal-mediċini

Jeħtieġ li jkun hemm trasparenza fil-prezzijiet tal-mediċini kif ukoll aktar djalogu bejn il-gvernijiet Ewropej u r-rappreżentanti tas-settur tal-farmaċewtika u l-għaqdiet tal-konsumaturi Ewropej dwar il-mediċini. Dan kien il-messaġġ li saħaq fuqu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’laqgħat li kellu fi Brussell mar-rappreżentanti tal-industrija tal-farmaċewtika.Aqra aktar

Jinqabdu aktar minn 300 kilogramma ta’ droga kannabis f’żewġ itwiebet fil-Kolombja

Fil-Kolombja, il-pulizija sabet madwar 300 kilogramma ta’ droga kannabis, f’żewġt itwiebet.

Din is-sejba mhux tas-soltu, instabet mill-pulizija Kolombjana fir-reġjun ta’ Santander.

Il-pulizija ssuspettat ħażin f’din il-karozza tal-mejtin hekk ġo fiha kien hemm żewġt itwiebet, fejn issoltu f’karozza jkun hemm wieħed. It-tfittxija rriżultat fil-pożittiv hekk kif instabu madwar 300 kilogramma ta’ droga kannabis, f’diversi pakketti.

“Iż-żgħażagħ tal-Lvant Nofsani u l-Mediterran huma l-katalisti tal-bidla” – il-Ministru Carmelo Abela

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela pparteċipa fis-summit bl-isem, “Il-Lvant Nofsani u l-Mediterran” (MEM), li sar ġewwa Lugano fl-Isvizzera. Is-summit kien organizzat mill- Università della Svizzera Italiana li kien jikkonsisti f’seminar fuq tmient ijiem u jumejn ta’ forum pubbliku ta’ livell għoli. Aqra aktar

Aktar infurzar minn membri ta’ Transport Malta

Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, uffiċċjali ta’ Transport Malta wettqu diversi interventi f’waqthom fejn inqabdu diversi affarijiet li ma kienux f’posthom. Fost dawn kien hemm diversi vetturi u dgħajjes li kienu qegħdin jiżgrumbraw numru ta’ slipways.

Slipways minnhom bħal dawk f’Marsaxlokk għadhom kemm ġew imtejba f’dawn l-aħħar xhur iżda karozza jew dgħajsa fin-nofs għalqu l-passaġġ għal dawk li jkunu jridu jtellaw id-dgħajsa tagħhom l-art.

Send this to a friend