Eman Portelli

Persuna l-isptar wara li ttajret fil-Marsa

Illejla għal ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, persuna ġarrbet xi ġrieħi wara li ttajret fil-Marsa.

L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro l-Marsa.

Fuq il-post marru l-Pulizija u ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar Mater Dei.

AĠĠORNAT: It-tabib tal-familja Dr. David Sciberras irrappurtat nieqes

David Sciberras ta’ 56 sena ġie rrappurtat nieqes lill-pulizija s-Sibt. Minn informazzjoni li għandu ONE News jidher li r-raġel huwa tabib tal-familja, li jpoġġi l-Mosta.

Sciberras deher l-aħħar nhar il-Ġimgħa 18 t’Ottubru għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu meta ħareġ mir-residenza tiegħu biex imur lejn il-Mosta.

Huwa kien qed juża vettura griża tal-għamla Mitsubishi Colt, filwaqt li kien liebes flokk blu, bl-abjad u bl-iswed, qalziet blu u żarbun iswed.

Il-pulizija qed tappella li kull min għandu xi informazzjoni dwar Sciberras, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Il-Ministru Justyne Caruana b’diversi impenji f’Palermo

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet waħda mill-mistednin speċjali fis-sitt konferenza internazzjonali organizzata minn Greening the Islands. Waqt din il-konferenza l-Ministru kienet parti minn panel ta’ esperti li tkellmu fuq strateġiji u inizjattivi ambjentali marbuta mal-gżejjer fil-Mediterran u l-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Send this to a friend