Eman Portelli

Notifiki

Titfakkar il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali fl-MCAST

Ġewwa l-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST ġew organizzati numru ta’ attivitijatiet li jagħmlu parti mill-ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali ta’ din is-sena. Din il-ġimgħa ssir bil-għan li tinkoraġġixxi lill-Istudenti ta’ kull età biex jagħżlu l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali matul it-tagħlim akkademiku tagħhom.Aqra aktar

Raġel iweġġa’ gravi wara li ttajjar min mutur fil-Ħamrun

Raġel ta’ 66 sena minn Santa Venera ttieħed l-isptar wara li weġġa’ gravi meta ttajjar min mutur ġewwa l-Ħamrun.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp għal ħabta tal-għaxra u għoxrin ta’ dalgħodu.

Il-mutur tat-tip Sym Symphony kien qed jinstaq min raġel Ċekk ta’ erbgħin sena li jogħqod Birkirkara.

100 tunnellata ta’ skart organiku miġbur fl-ewwel ġurnata ta’ ġbir

100 tunnellata ta’ skart organiku nġabar matul il-jum tal-Erbgħa, fl-ewwel jum ta’ ġbir tal-borża l-bajda f’pajjiżna. 

Dan sar wara xhur ta’ ħidma li nfirxet mal-ibliet u l-irħula kollha f’Malta u f’Għawdex.

Il-borża l-bajda tinkludi fiha ikel imsajjar u nej inkluż l-għadam, il-ħut u l-frott tal-baħar, ħobż u għaġin, frott u ħaxix immuffatti, qxur tal-frott u ħxejjex, boroż tat-te u kafè mitħun, qxur tal-bajd, srievet tal-karti u karti maħmuġin, weraq u fjuri.

Il-ġbir ta’ dan l-iskart fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex kollha jsir kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Alfred Sant jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga r-regoli tal-bagalji tar-Ryanair

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea jekk għandhiex pjanijiet biex isegwi mill-qrib l-investigazzjonijiet tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru Ryanair. Sant staqsa wkoll lil Kummissjoni għandhiex pjanijiet li twettaq investigazzjonijiet simili fuq trasportaturi li għandhom strutturi ta’ prezzijijiet simili.

Fil-21 ta’ Settembru, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni fetħet investigazzjoni fuq ir-regoli tal-linja tal-ajru Ryanair li jżommu l-flus lil passiġġieri li jġorru l-hand luggage. Il-konsumaturi jistgħu biss iġorru b’xejn handbag jew bagalja tal-laptop, filwaqt li l-konsumaturi iħallsu għal hand language ta’ 10kg.

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana qalet li dawn l-oġġetti huma elementi essenzjali għat-trasport u għalhekk Ryanair u linji oħra tal-ajru, għandhom jinkludu l-prezz sħiħ tal-ispejjez tal-konsumatur.

L-istess Awtorità qed takkuża lir-Ryanair bi prattiċi kummerjċli inġusti għax din il-prattika titfa’ ċ-ċpar fuq il-prezz finali tal-biljett, u ma tħalliex lok għal paragun korrett mal-prezzijiet tal-linji tal-ajru l-oħra.

ARA: Bormla r-rebbieħa tar-Regatta

Bormla rebħu r-regatta ta’ Jum il-Vittorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif is-Sibt waranofsinhar fil-Port il-Kbir rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha.

Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-‘A’, dik tal-‘open’ u anke l-‘B’.Aqra aktar

Send this to a friend