Eman Portelli

ARA: Dawra mal-gwida fil-muża


F’dawra ma’ gwida fil-mużew tal-arti fil-Belt Valletta il-MUŻA, wieħed jista’ jinnota bi prominenza l-arti barokka tas-seklu sbatax, b’mod partikolari fil-parti ddedikata għall-mapep Ewropej, fejn hemm ‘il fuq minn 450 mappa – b’erba’ minnhom imorru lura għal żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565. Aqra aktar

Titwaqqaf l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

Dan ix-xahar twaqqfet l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol permezz ta’ ċerimonja inawgurali li għaliha attenda l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, segwita bl-ewwel laqgħa tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-imsemmija awtorità. Aqra aktar

Il-Ministru Carmelo Abela jindirizza s-36 sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Frankofonija  

Il-Ministru Carmelo Abela attenda għas-36 Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankonija (OIF), li saret fil-Prinċipat ta’ Monako mit-30 sal-31 ta’ Ottubru 2019. Din hija l-ewwel konferenza ministerjali tal-OIF li għaliha attendiet Malta minn meta kisbet l-istatus ta’ osservatur matul is-17-il summit tal-OIF li sar f’Yerevan fl-2018.Aqra aktar

Saviour Balzan jiftaħ libell kontra Ivan Camilleri

Id-Direttur Maniġerjali tal-Media Today Saviour Balzan fetaħ libell kontra l-ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri. Balzan fetaħ dan il-libell wara l-istorja li ħarġet l-Erbgħa dwar Ivan Camilleri fil-midja lokali.

L-Erbgħa, il-MaltaToday żvelat storja miktubha minn Saviour Balzan li qalet kif Ivan Camilleri seraq minn supermarket fin-Naxxar, iżda Camilleri f’kitba fuq Facebook qal li din hija storja falza. L-istorja miktubha minn Balzan qalet kif sid tas-supermarket ikkonferma din l-aħbar. Ir-rapport qal ukoll kif Camilleri nqabad fuq il-kamera tas-CCTV u ġie affaċċjat mit-tmexxija tal-istabbiliment. Intqal ukoll kif l-oġġetti deskritti bħala “highly-priced goods”. Wara ħareġ kif Camilleri ammetta u qabel li jħallas l-ammont dovut.

Fi stqarrija, Balzan qal li qed jagħmel dan sabiex toħroġ il-verità dwar dan il-każ. Huwa qal kif fil-karriera tiegħu huwa kiteb dwar kulħadd. Qal li qed jagħmel dan għaliex f’kull kitba li kiteb matul il-karriera tiegħu huwa qal il-verità u ma ried ikisser ir-reputazzjoni ta’ ħadd. Qal ukoll li l-ġurnalisti mhumiex Allat, jiġfieri ma jiktbux fuq ħaddieħor u imbagħad ma jarawx x’jagħmlu huma stess.

Savior Balzan qal li f’dawn l-aħħar 33 sena kemm ilu ġurnalist u sid ta’ kumpanija tal-midja, din hija t-tieni darba li fetaħ libell.

AĠĠORNATA: Camilleri ammetta u ħallas lura aktar minn dak li ħa – is-sid tas-supermarket

Send this to a friend