Eman Portelli

Notifiki

Skali ġodda għas-sajjieda f’Marsaxlokk

B’investiment ta’ €700,000 beda x-xogħol fuq it-tiswija u l-bini mill-ġdid ta’ għaxar skali jew kif magħrufa slipways li jintużaw mis-sajjieda fil-Port ta’ Marsaxlokk.

Il-proġett li hu ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea qed isir f’fażijiet differenti u mistenni jkun lest sas-sajf li ġej hekk kif talbu s-sajjieda Xlukkajri.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal ma’ ONE News li dan il-proġett se jikkontribwixxi fl-ekonomija Maltija u s-sajjieda kienu ilhom is-snin għatxana għalih.Aqra aktar

Studenti minn 14-il sena ‘l fuq bi trasport pubbliku b’xejn – Investiment ta’ €3.3 miljun

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg ħabbar li mill-bidu tas-sena eluf ta’ studenti oħra bdew igawdu mill-miżura li tħabbret fil-budget għal din is-sena biex jivvjaġġaw bil-karozzi tal-linja mingħajr ma jħallsu għan-noll.

Fil-budget għal din is-sena tħabbar li dan il-benefiċċju li qabel kien jingħata liż-żgħażagħ ta’ bejn is-sittax u l-għoxrin sena twessa’ wkoll għal dawk li għandhom erbatax u ħmistax-il sena kif ukoll studenti li se jsegwu kors full time u li jkunu għalqu l-għoxrin sena.

Waqt li kien qed iħabbar l-estensjoni tas-servizz magħruf bħala Bus20+, il-Ministru Borg qal li matul is-sena li għaddiet aktar minn 24 elf żagħżugħ u żagħżugħa gawdew minn dan is-servizz b’investiment ta’ żewġ miljun u mitejn elf ewro.

Il-Ministru Borg qal li din l-iskema qed tkun ta’ benefiċċju finanzjarju għall-familji u għall-ġenituri li qed jiffrankaw milli jużaw il-karozza privata tagħhom f’ħinijiet fejn it-toroq jkollhom volum ta’ karozzi.

Il-Ministru Ian Borg stqarr żġur li dan jikkumplimenta l-istrateġija tal-Gvern, strateġija ħolistika, illi mhux biss nindirizzaw l-infrastrutura tagħna, it-toroq tagħna. Imma fuq kollox naraw li s-servizz tat-trasport pubbliku jkun wieħed effiċjenti.

Il-Ministru Borg żied jgħid li permezz ta’ din il-miżura, il-Gvern qed jimbotta l-użu ta’ mezzi alternattivi tat-trasport minn dik tal-vettura privata.

Waqt it-tnedija tas-servizz, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li mill-bidu tas-sena skolastika, il-Gvern beda joffri trasport b’xejn lill-istudenti kollha tal-primarja u s-sekondarja mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal “dan ifisser li b’kollox qegħdin nipprovdu servizz skolastiku għal 28,000 studenti f’kull tip ta’ skola li għandna f’pajjiżna. Madankollu jibqgħalna 275 li għadna m’aħniex nipprovdulhom servizz”.

Il-Ministru Bartolo qal għalkemm in-numru naqas drastikament mill-bidu tas-sena skolastika, il-Ministru sostna li se jkompli b’ħidmietu biex jinstab trasport għal kull student li jwsassalhom fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Dr Clifton Grima qal li miżura bħal tal-linja b’xejn għaż-żgħażagħ turi li l-Gvern qed idaħħal il-mentalità għal aktar użu tat-trasport pubbliku.

 

Tarbija tmut wara li tispiċċa attakkata minn żewġt iklieb fl-Ingilterra

Tarbija ta’ ħamest ġimgħat mietet wara li ġiet attakkata minn żewġt iklieb. It-tarbija bl-isem ta’ Reuben McNulty kien attakkat miż-żewġ iklieb tal-familja tiegħu tat-tip Staffordshire, fit-18 ta’ Novembru li għadda.

It-tarbija mietet fit-13 ta’ Diċembru ġewwa l-Isptar ta’ Addenbrooke, fl-Ingilterra. Fl-awtopsja sar magħruf li t-tarbija mietet b’kawża tal-impatt tal-attakk mill-klieb, hekk kif l-aktar affettwat kien il-moħħ.

Wara dan l-attakk iż-żewġt iklieb tat-tip Staffordshire nqattlu.

Pulse eletta mill-ġdid fil-Kunsill Studenti MCAST

L-għaqda studenteska Pulse għal sena oħra se tkun qed tmexxi l-Kunsill Studenti MCAST. Dan tħabbar mill-President tal-għaqda Pulse, Owen Grech, fejn qal li l-amministrazzjoni tal-MCAST ħabret lil Pulse se jkunu qed imexxu l-kunsill għal din is-sena.

Il-Pulse kkontestaw waħidhom f’din l-elezzjoni għaliex l-SDM ma ħarġet l-ebda kandidat għal din l-elezzjoni.

Il-Kunsill Studenti MCAST se jkun immexxi minn Ahmed Lamlum.

L-armata tal-Gabon tieħu t-tmexxija tal-pajjiż wara kolp ta’ stat

Fil-Gabon, l-armata tal-pajjiż ħadet it-tmexxija tal-pajjiż wara li t-Tnejn kmieni filgħodu sar kolp ta’ stat. L-armata ħadet it-tmexxija tal-pajjiż mill-familja Bongo li kienet ilha tmexxi l-Gabon mis-sena 1967.

F’messaġġ fuq l-istazzjon televisiv nazzjonali, l-armata li sejħet lillha nnifisha bħala l-Moviment Patrijoti għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Gabon, qalet li bit-tmexxija f’idejhom, fil-pajjiż se jerġa’ jkun hemm id-demokrazija.

Fil-belt kapitali tal-Gabon, Libreville hemm diversi vetturi tal-armata.

L-ex President tal-Gabon, Ali Bongo huwa mifhum li qed jieħu trattament ta’ kura ġewwa l-Marokk, hekk kif f’Ottubru li għadda huwa tah stroke. Ali Bongo kien ilu fit-tmexxija tal-pajjiż mill-2009, hekk kif kien ħa t-tmun mingħand missieru, Omar Bongo.

Ilma u ikel b’vitamini għal dieta aħjar

Wara l-perjodu tal-festi huma ħafna li jirrikorru għall-eżerċizzju fiżiku biex inaqqsu mill-piż żejjed li jkunu tellgħu minħabba ikel b’kontenut għoli ta’ xaħam u xorb b’livell għoli ta’ zokkor.

Iżda l-piż tal-persuna ma jonqosx biss bl-eżerċizzju iżda wkoll bl-għażla ta’ ikel nieklu. War li bosta jkunu ħadha qatgħa meta telgħu fuq il-miżien, bħal daż-żmien jibdew jinbtu r-riżoluzzjonijiet bi pjan ta’ azzjoni li jwassal għal tnaqqis fil-piż.

Aqra aktar

Ex plejer ta’ Liverpool jinħatar Direttur Sportiv ta’ Birkirkara FC

L-ex difensur ta’ Liverpool, John Riise Arne nħatar bħala Direttur Sportiv ta’ Birkirkara FC.

In-Norveġiż laħaq f’dan l-irwol il-ġdid għall-klabb Karkariż, hekk kif qed isiru diversi tibdiliet li se jitħabbru fil-jiem li ġejjien.

Fil-karriera sportiva tiegħu, Riise Arne lagħab ma’ Liverpool bejn l-2001 u l-2008 fejn kien parti mill-iskwadra rebbieħa taċ-Champions League fl-2005. In-Norweġiż lagħab 234 darba u skurja 21 gowl mat-tim Ingliż. Barra Liverpool, in-Norveġiż lagħab ukoll ma’ Roma fl-Italja u Fulham fl-Ingilterra.

Raġel jinqatel quddiem ibnu ġo ferrovija fl-Ingilterra

Raġel ta’ 51 sena nqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’Surrey fl-Ingilterra. Il-vittma kien fuq ferrovija flimkien ma’ ibnu ta’ erbatax-il sena.

S’issa l-pulizija Ingliza għadha ma ddentifikatx l-qattiel iżda qed taħseb li s-suspettat nieżel fl-istazzjon ta’ Clandon.

Il-pulizija u s-servizzi Ingliżi marru fuq fl-istazzjon ta’ wara jiġifieri dak ta’ Horsley, hekk kif intalbet l-għajnuna tagħha f’dak l-istazzjon. Dan ifisser li s-suspettat laħaq ħarab minn fuq il-post.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar, ħin t’hemmhekk.

L-istess ferrovija baqgħet fl-istazzjon ta’ Horsley u s-servizz tal-ferrovija bejn Gildford u Effingham kienu sospenduti sakemm il-pulizija għamlet l-investigazzjonijiet tagħha.

Agħti merħba lill-2019 ma’ Jonas Blue f’Għawdex illejla

Illejla, id-DJ popolari Inġliż Jonas Blue se jkun parti milli-ispettaklu li se jsellem l-2018 u jagħti merbħa lis-sena l-ġdida fi Pjazza Indipendenza f’Għawdex.

Fl-aħħar snin Jonas Blue ħareġ bosta singles li wassluh sal-quċċata tax-xena mużikali internazzjonali. Fost dawn Fast Car, Perfect Strangers, Mama u Rise, l-aħħar suċċess tiegħu għal din is-sena. Is-sena li għaddiet huwa kien ukoll f’pajjiżna biex jieħu sehem fil-Malta Music Week.Aqra aktar

Send this to a friend