Eman Portelli

Alison u Menqa lura fl-ambjent naturali tagħhom

Alison u Menqa huma żewġ fkieren li kienu ġew salvati minn Marsalforn u minn San Pawl il-Baħar rispettivament u li wara diversi xhur ta’ kura minn Nature Trust – FEE Malta u minn Wildlife Rehabilitation Team, irritornaw lura fl-ambjent naturali tagħhom minn Ħondoq ir-Rummien.Aqra aktar

Tnedija tal-ktieb ‘Konferenza Nazzjonali dwar id-Dimenzja 2019’

“Kien verament ta’ unur għalija li ppresedejt, fuq talba tal-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis, l-ewwel konferenza li kienet tal-aqwa livell b’diskorsi minn esperti u minn nies b’esperjenza b’rabta mad-dimenzja”,  qal l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia waqt it-tnedija tal-pubblikazzjoni ġdida li fiha tiġbor id-diskorsi li saru f’konferenza nazzjonali dwar id-dimenzja.Aqra aktar

Luke Gambin jilgħab kontra Manchester United

Il-plejer internazzjonali Malti Luke Gambin, l-Erbgħa filgħaxija lagħab kontra t-tim ta’ Manchester United.

Gambin li jilgħab mat-tim ta’ Colchester United lagħbu kontra Manchester United, fejn tilfu bl-iskor ta’ tlieta b’xejn.

Il-plejer internazzjonali Malti daħal jilgħab fit-73 minuta minflok il-plejer Brandon Comley.

ARA: Il-parata annwali tal-Forza Armati ta’ Malta f’Jum ir-Repubblika

Il-Ġimgħa li għadda f’Jum ir-Repubblika, il-Forza Armati ta’ Malta ħadu sehem fil-parata annwali fil-Belt Valletta.

Il-parata bdiet minn ħdejn il-bini tal-Parlament sakemm imbagħad imxew tul Triq ir-Reppublika sakemm waslu l-qofol, meta waslu fi Pjazza San Ġorġ. Għal din il-parata kien hemm preżenti l-President ta’ Malta, George Vella u diversi persuni distinti oħra.

Hawn taħt tista’ tara l-aħjar biċċiet ta’ din il-parata.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Minisitri tal-Agrikoltura u s-Sajd

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd li qegħda titlaqqa’ ġewwa Brussell, saħaq kif Malta qed taqbel u tixpruna proposta sabiex fir-regolamenti l-ġodda, setturi oħra bħal dawk tat-tiġieġ, tal-fniek, tal-majjal, tal-bajd, u dawk tal-laħam ikunu eliġibbli huma wkoll għall-Fondi Ewropej.Aqra aktar

Send this to a friend