Eman Portelli

Notifiki

Malta b’kariga ta’ Viċi President fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, wara nuqqas ta’ 18-il sena

Permezz tal-Ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, Malta qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda li qed tittegħla bħalissa fl-Istati Uniti. Dan hekk kif wara elezzjoni ta’ suċċess f’Ġunju li għadda, Malta qed isservi bħala Viċi-President tal-Assemblea Ġenerali, u rritornat għall-pożizzjoni wara nuqqas ta’ 18-il sena, l-itwal minn meta l-pajjiż ingħaqad man-Nazzjonijiet Uniti.Aqra aktar

“Nesploraw il-benefiċċji tal-Intelliġenza Artifiċjali bħala sors ta’ titjib għas-servizzi pubbliċi” – is- Segretarju Parlamentari Silvio Schembri

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, is-Sur Silvio Schembri, sostna li hija evidenti l-bidla fil-mentalità fis-settur pubbliku u għalhekk illum wieħed jitkellem fuq it-tema ‘Lejn Servizz ta’ Eċċellenza’ għaliex sar xogħol kbir li bih illum iċ-ċittadin qed jingħata servizz aħjar. Aqra aktar

Paul Caruana jagħti ħajja mill-ġdid lil vuċijiet mitlufa f’wirja ta’ akwarelli

Ilħna mbiegħda jistgħu jintgħarfu fil-belt is-siekta mill-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru. Dan hekk kif Palazzo de Piro fl-Imdina se jospita wirja tal-akwarell mill-artist Malti, Paul Caruana. Il-wirja, li tibqa’ miftuħa sal-aħħar t’Ottubru, jisimha ‘Ilħna li Nara’ u ser tinfetaħ mill-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici. Il-wirja tinkludi 20 pittura ġdida bl-akkwarell li lkoll jirriflettu dwar memorji tat-tfulija tal-artist, ġrajjiet ta’ kuljum u karattri mill-irħula u bliet.Aqra aktar

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal Novembru li ġej

Bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru li ġej, għal sena oħra se jkun qed isir il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta. F’dawn il-ħamest ijiem, se jkun hemm aktar minn 90 attività, li jvarjaw minn tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, konferenzi u taħditiet sa drammatizzazzjonijiet, premieres ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, workshops, seminars u attivitajiet ta’ divertiment għat-tfal.Aqra aktar

Send this to a friend