Eman Portelli

Qabel is-sajf, titlesta x-Xlendi dry-standing area – proġett ta’ €400,000 għas-sajjieda

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar il-proġett tad-dry-standing fix-Xlendi waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet li issa jinsabu fi stat avvanzat. Qal li dan se jlaħħaq il-valur ta’ madwar €400,000 u hu ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Clint Camilleri spjega li x-xogħol prinċipali jikkonsisti fir-rikostruzzjoni tad-dry-standing area, jiġifieri l-iskavar tas-sit kollu, it-tqegħid ta’ konkrit imprint u l-bini ta’ karma ġdida għall-winċ.Aqra aktar

Ikkontrollati nirien f’residenza fil-Belt Valletta

Tard illejla filgħaxija, nar ħakem residenza fil-Belt Valletta, iżda ġie kkontrollat minnufih mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-każ seħħ illejla għall-ħabta ta’ 9 ta’ filgħaxija fi Triq San Pawl il-Belt Valletta.

Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija, flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

 

“Qatt f’mitt sena ma bsart li ħa nsellimlek daqshekk malajr” – it-tifla ta’ Miriam Pace f’messaġġ lil ommha

F’kitba fuq Facebook, it-tifla ta’ Miriam, Ivana qalet li qatt f’mitt sena ma basret li ħa ssellimlha daqshekk malajr. Ivana kompliet tgħid, f’messaġġ ta’ nieket, li hi u ommha kien għad baqalhom ħafna affarijiet x’jagħmlu flimkien.

Fil-kitba, bint Miriam qalet li l-aħħar tislima lil ommha se ssir nhar il-Ħamis li ġej fis-2 ta’ wara nofsinhar fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Hija temmet il-messaġġ tagħha li hija flimkien mal-familja tagħha se jibqgħu jħobbuha għal dejjem.

Eluf jieħdu sehem fil-Maratona ta’ Malta

F’temp mill-isbaħ il-Ħadd filgħodu, eluf ipparteċipaw fil-ħamsa u tletin edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta.

F’din il-maratona kien hemm tliet kategoriji: dawk li ġrew tnejn u erbgħin kilometru, dawk li għamlu n-nofs maratona, jiġifieri ġrew wieħed u għoxrin kilometru u dawk li mxew l-istess rotta tan-nofs maratona.

Aqra aktar

Jitlesta l-bini mill-ġdid ta’ Triq Burmarrad

Tlesta l-bini mill-ġdid ta’ Triq Burmarrad, triq li tgħaqqad Burmarrad mal-inħawi T’Alla u Ommu fin-Naxxar.

Din it-triq tintuża min diversi nies, fosthom il-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom f’dawn l-inħawi.

Ħabbar dan il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg f’kitba fuq Facebook. Huwa qal li sabiex inbniet mill-ġdid din it-triq kien hemm diversi sfidi. Huwa qal kif din it-triq se tkun qed tinfetaħ għall-pubbliku gil-ġimgħat li ġejjin.

Raġel isoffri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Mellieħa

Slovak ta’ 28 sena li jgħix il-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-1:30 ta’ wara nofsinhar. F’dan l-inċident kienu involuti karozza tat-tip Toyota Aygo li kienet misjuqa minn Ingliż ta’ 64 sena u mutur tal-għamla Honda CB li kien misjuq mis-Slovak.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq talmutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, li qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Konferenza sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-Innovazzjoni Soċjali

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu ġewwa l-Malta Life Sciences Park mit-8:30 ta’ filgħodu ‘l quddiem se tkun qed issir konferenza sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-Innovazzjoni Soċjali kif ukoll biex ittejjeb l-appoġġ inkluz dak finanzjarju, disponibbli għall-Impriżi Soċjali f’Malta u l-Ewropa.

Għal din il-konferenza se jkun hemm preżenti Carolina Gario, li huwa l-Policy Officer fil-Kummissjoni Ewropea u lil Alex Agius Saliba, Membru Parlamentari Ewropew, li se jkunu qed jagħtu tagħrif dwar l-ekosistema Ewropea attwali b’appoġġ għall-Innovazzjoni Soċjali kemm f’termini ta’ politika kif ukoll ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament.

Matul l-avveniment, dawk li jfasslu l-politika, rappreżentanti tas-settur privat kif ukoll dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Ewropej se jippreżentaw u jiddiskutu policies, strumenti ta’ finanzjament, opportunitajiet ta’ internazzjonalizzazzjoni u inizjattivi oħra ta’ valur li jappoġġjaw individwi u organizzazzjonijiet lesti li jimplimentaw proġetti ta’ innovazzjoni soċjali.

Organizzata fi ħdan il-Proġett ENISIE, iffinanzjat mill-Programm Interreg Italia-Malta, din is-sessjoni ta’ animazzjoni hi mmirata għall-Awtoritajiet lokali u l-Fondazzjonijiet ta’ Istituzzjonijiet lokali, iżda għandha tkun ta’ interess ukoll għall-Impriżi Soċjali, l-Amministraturi u r-Rappreżentanti ta’ Hubs, u Innovation Mentors. Għalhekk, dawn huma huma mistiedna biex jieħdu sehem.

Filwaqt li l-attendenza hi bla ħlas, l-organizzazzjonijiet u l-individwi għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom billi jibagħtu imejl lil Diana Spiteri – dspiteri@iurismalta.com, bit-titlu tas-suġġett: ENISIE Animation Session, 6 ta’ Marzu 2020.

Manutenzjoni u kisi mill-ġdid ta’ parti mit-triq bejn iż-Żejtun u Wied il-Għajn bejn illejla u nhar il-Ġimgħa

Mil-lejla sa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar filgħodu, l-aġenzija Infrastruttura Malta se tkun qed twettaq manutenzjoni u kisi mill-ġdid ta’ parti minn Triq id-Daħla ta’ San Tumas. Din it-triq tagħti hija li bejn iż-Żejtun tmur lejn Wied il-Għajn.

It-triq se tkun qed tingħalaq għall-pubbliku filgħaxija bejn is-7 ta’ filgħaxija u l-5 ta’ filgħodu. L-aġenzija appellat sabiex il-pubbliku jsegwi t-tabelli għal rotot alternattivi fl-istess inħawi.

Send this to a friend