Eman Portelli

It-tifla bil-Coronavirus ma kinitx fuq titjira tal-Air Malta

ONE News jinsab infurmat li t-tifla Taljana ta’ 12-il sena li għandha l-Coronavirus ma ġietx fuq titjira tal-Air Malta iżda fuq linja tal-ajru oħra.

Dalgħodu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-passiġġieri li kienu fuq l-istess ajruplan ma’ din il-familja se jkunu qed jiġu kkuntattjati mill-awtorijiet tas-saħħa.

Il-pulizija bi tfittxija għal numru ta’ immigranti li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far

Il-pulizija għaddejja bi tfittxija għal numru ta’ immigranti li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far.

Dawn ħarġu mill-post fl-aħħar sigħat wara li sgassaw ħadid. It-tfittxija bdiet mal-mument li t-tmexxija taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ntebħet b’dak li ġara u talbet minnufih il-koperazzjoni tal-pulizija u entitajiet oħra.

L-immigranti li ħarbu huma mis-Somalja.

Inawgurata wirja ta’ pjanti u dokumenti orġinali rrestawrati fil-Librerija Nazzjonali

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg inawguraw wirja ta’ pjanti u ta’ dokumenti oriġinali dwar l-istruttura tal-Librerija Nazzjonali ta’ Malta. Dawn il-pjanti, li kienu jinsabu fl-arkivji tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, ġew restawrati u issa se jiġu preservati b’mod diġitali. Aqra aktar

Send this to a friend