Eman Portelli

ONE se jxandar il-quddies kuljum

L-istazzjon ONE u ONE Radio se jkun qed ixandar il-quddies kull filgħodu. Dan se jkun qed isir mit-Tnejn sal-Ħadd fit-8 ta’ filgħodu.

Dan ix-xandiriet se jkunu qed isiru minħabba li l-knejjew madwar Malta u Għawdex għalqu l-bibien tagħhom.

It-tribunali lokali temporanjament magħluqa bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus

Wara diskussjonijiet bejn il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, ġie deċiż li jingħalqu it-tribunali lokali kollha b’effett immedjat sakemm joħroġ avviż ieħor.

Il-kawżi pendenti se jkunu differiti għal ġranet oħra, li se jkunu kkomunikati fi żmien li ġej.

Din id-deċiżjoni, bħad-deċiżjonijiet l-oħra li l-Gvern qed jieħu f’dan il-perjodu, qed tittieħed bħala mezz ta’ prekawzjoni biex kemm il-ħaddiema tat-tribunali lokali kif ukoll il-klijenti jkunu protetti mit-tixrid tal-Coronavirus.

It-tim ta’ Everton fi kwarantina

It-tim Ingliż ta’ Everton qal li t-tim jinsab fi kwarantina. Din il-prassi ttieħdet wara avviż mediku hekk kif plejer tat-tim kellu kuntatt ma’ xi ħadd li kellu l-virus.

Din il-pożizzjoni ttieħdet bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Posposti l-logħob taċ-Champions League u Europa League li kellhom jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla

Il-UEFA ħabbret li ġew posposti l-logħob mill-kompetizzjonijiet taċ-Champions League u l-Europa League li kellhom jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla.

Dawn il-logħbiet kellhom jintlagħbu bejn is-17 u t-18 ta’ Marzu li ġej. Din hija l-lista ta’ logħob posposti:

Champions League

Bayern Munich vs Chelsea

Barcelona vs Napoli

Manchester City vs Real Madrid

Juventus vs Lyon

Europa League

Bayer Leverkusen vs Rangers

Getafe vs Inter

Shaktar Donetsk vs Wolfsburg

Wolves vs Olympiakos

FC Basel vs Eintracht Frankfurt

FC Copenhagen vs Instabul Basaksehir

Manchester United vs LASK

Roma vs Sevilla

Il-plejers ta’ Real Madrid fi kwarantina wara li plejer tat-tim tal-basketball tal-istess klabb irriżulta pożittiv għall-Coronavirus

Il-plejers tal-klabb ta’ Real Madrid se jkunu qed jinżammu fi kwarantina wara li plejer tat-tim tal-basketball tat-tim Spanjol irriżulta pożittiv għall-Coronavirus.

Dan ifisser li l-logħba taċ-Champions League ta’ nhar it-Tlieta bejn Real Madrid u Manchester City ġiet posposta.

Jiġi preżentat l-abbozz li jassigura ugwaljanza ugwali bejn is-sessi fil-Kamra tad-Deputati

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ippreżentaw formalment lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia abbozz dwar ir-riforma li ser twassal biex wara l-Elezzjoni ġenerali li jmiss kważi 40% tal-Kamra tad-Deputati jkunu nisa u taċċerta rappreżentanza b’saħħitha.Aqra aktar

Send this to a friend