Eman Portelli – Page 145 – One News

Eman Portelli

Notifiki

ARA: Il-Maqluba qabdet b’konsegwenza tal-bniedem

Ħmistax wara li ż-żona protetta tal-Maqluba fil-Qrendi ġarrbet ħsarat kbar kawża ta’ nirien kbar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tinsab konvinta li n-nar kien konsegwenza tal-bniedem u mhux tan-natura nfisha.

In-nar tkebbes lejlet Santa Marija u ħa bosta jiem biex jintefa’ għal kollox.

L-uffiċjal fid-Direttorat għall-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ambjent Stanley Gatt qal ma’ ONE NEWS li fost l-ispeċi ta’ siġar li ntlaqtu kienu s-siġar tar-rand  u l-qasab li hija speċi invażiva.

Qal li n-nar kien ikkonċentrat fiċ-ċentru tal-ħofra iżda affettwa wkoll siġar tar-Redu li qegħdin mal-irdum. B’xorti tajba, is-siġar tal-Għagħar li jinsabu f’din iż-żona ma ntlaqtux.

“Tlabna informazzjoni mal-ewwel mingħand entitajiet li kellhom informazzjoni li setgħet titfa’ dawl fuq l-akkadut b’mod partikolari l-Protezzjoni Ċivili ilhi rrespondew, kienu huma li rrespondew l-ewwel għall-inċident.”

Qal li minbarra l-investigazzjoni tal-pulizija li għad trid tistabbilixxi min kien responsabbli tan-nirien, bdiet tagħmel investigazzjoni separata biex tevalwa l-ħsara ambjentali li saret.

“S’issa l-investigazzjonijiet dejjem ikkonċentraw fuq il-possibilita’ ilhi n-nar kien konsegwenza tal-bniedem. Għalfejn qiegħed ngħid hekk? Għaliex jidher li n-nar ma kienx ikkawżat min natura, ċoe affarijiet meterjolodiġiki jew hekk.”

Fid-dawl ta’ dan, l-ERA se tkompli tagħmel l-investigazzjonijiet biex ikollha konkluzzjoni ta’ x’ġara eżatt.

“L-ERA se tkompli l-investigazzjonijiet tagħha biex ġa la darba l-konluzzjonijiet tagħna jekk huwa li jittieħdu xi passi leġali kontra xi entita ilhi kienet responsabbli għall-akkadut, dawk il-passi jittieħdu.”

 

FILMAT: Iż-żagħżugħ li ngidem minn kelb għadu rikoverat l-isptar

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba biex il-każ tat-tifel ta’ 14-il sena li tmint ijiem ilu ġarrab ġrieħi gravi f’saqajh it-tnejn wara li ngidem minn kelb ta’ razza pitbull jinstema’ b’urġenza.

It-tifel, Jean Claude Vella, għadu rikoverat l-isptar Mater Dei wara li fl-aħħar jiem sarulu żewġ interventi.

Huwa ġie attakkat minn kelb li ma kienx marbut wara li t-tifel ħareġ jarmi xi kaxxi barra fi Triq San Ġwann f’Bormla.

Leticia Chetcuti, iz-zija tat-tifel faħħret l-azzjoni tal-pulizija l-aktar dawk fl-Għassa ta’ Bormla biex ressqu l-każ il-Qorti. Madankollu erprimiet id-diżappunt tagħha għall-fatt li l-Qorti ma laqgħetx it-talba biex il-każ jinstema’ b’urġenza. Aqra aktar

Kliem ta’ kuraġġ għal Bjorn

Il-klabb ta’ Qormi FC waqt il-partita li lagħbu s-Sibt użaw banner b’kliem ta’ kuraġġ għal Bjorn Formosa, li l-ġimgħa d-dieħla ħa jagħmel operazzjoni maġġuri.

Fuq Facebook, Bjorn qal li ħalluh bla kliem u rringrazzjhom tal-kuraġġ li qegħdin ituh.

Dan il-banner itella’ fil-Victor Tedesco Stadium, fejn Qormi lagħbu kontra Balzan.

Ħanut tal-ħwejjeġ immultat wara diskriminazzjoni kontra l-irġiel

Ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belġju ġie mmultat iktar minn €13,000 wara li ddiskrimina l-irġiel sabiex il-postijiet batala jittieħdu min nisa.

Dan tħabbar wara kawża li waslet quddiem it-tribunal għax-xogħol Belġjan wara li raġel minn Louvain għamel rapport quddiem l-istitut Belġjan għall-ugwaljanza bejn is-sessi.

Dan wara li r-raġel applika għal post tax-xogħol f’dan il-ħanut iżda xi ħadd inkariġat mill-ħanut qallu li kienu qegħdin ifittxu għal mara.

L-istitut Belġjan għall-ugwaljanza bejn is-sessi qal li ssoltu każijiet bħal dawn ikunu solvuti mingħajr indħil tal-Qorti. Il-Qorti ddeċiedet li ma jissemmux l-ismijiet tal-ħanut u tar-raġel li applika għax-xogħol.

Finalment, il-Qorti ddeċidiet li l-ħanut irrid iħallas il-paġa ta’ sitt xhur li kienet se tagħti lir-raġel li kieku ġie magħżul, bl-ammont immultat ikun ta’ €13,289.84.

Is-Senatur John McCain ma jkompliex jieħu t-trattament kontra l-kanċer

Is-Senatur Repubblikan Amerikan John McCain mhux se jkompli jieħu trattament għal kura kontra l-kanċer tal-moħħ.

Is-Sur McCain li għandu 81 sena beda t-trattament f’Lulju tas-sena l-oħra, meta saret operazzjoni fil-parti tax-xellug ta’ moħħu.

Il-familja ta’ McCain qalet li f’din l-aħħar sena s-Senatur McCain kien qed jieħu l-kura meħtieġa, iżda fuq għażla tiegħu għażel li ma jkompliex jieħu l-kura.

Is-Sur McCain irrappreżenta lil pajjiżu fil-Kunġress Amerikan u kien voċiferu favur il-Partit Repubblikan.

Hugo Lloris inqabad isuq bl-influwenza tal-alkaħol

Il-gowlkeeper Franċiż ta’ Tottenham Hotspurs, Hugo Lloris ta’ 31 sena qed ikun akkużat li kien qed issuq bl-influwenza tal-alkoħol.

Il-captain tat-tim nazzjonali Franċiż inqabad fis-siegħat kmieni tal-Ġimgħa filgħodu, waqt patrol tal-puliżija Ngliża, fiċ-Ċentru tal-Londra.

Lloris se jitressaq il-Qorti ta’ Westminister fil-11 ta’ Settembru.

ARA: Kuntratti ta’ miljuni kbar ingħataw lil tal-qalba

Dokumenti li għandha f’idejha l-gazzetta Kullħadd juru kif fil-qasam tal-anzjani, kien hemm żmien fejn il-kuntratti ta’ miljuni kbar ta’ ewro kienu jingħataw sempliċiment b’direct order deċiża mill-politiċi.

Wieħed mill-każi imur lura għal-2002 fejn il-kumpanija Healthcare ta’ Żaren Vassallo ngħatat it-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun. F’dan iż-żmien, il-kumpanija ta’ Żaren Vassallo kellha f’idejha l-bini tad-Dar Ċentrali.

It-tmexxija ta’ din id-Dar tal-Anzjani ngħatat b’direct order, dan ifisser li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni fl-għażla għal kuntratt. Permezz ta’ din id-direct order, Vassallo għadu jmexxi s’issa din id-dar tal-anzjani.

Kien l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, li dak iż-żmien fl-elfejn u tnejn kien Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista li ried jgħatti kuntratt lil kumpanija ta’ Vassallo.

Gonzi kiteb lill-Kabinet li hu s-Segretarju Parlamentari li kien responsabbli taħtu kien diġa’ ddiskuta mal-kumpanija ta’ Żaren Vassallo biex jara kinetx interessata tieħu t-tmexxija ta’ Vassallo biex timplimenta t-tmexxija kif għamlet f’dik ta’ Bormla. Gonzi kien ħerqan sabiex din id-direct order tkun f’idejn Vassallo.

Fl-2013, fl-aħħar jiem ta’ Gvern Nazzjonalista, ġie assigurat li l-kumpanija ta’ Vassallo tibqa’ tmexxi din id-dar sal-2028.

Il-gazzetta Kullħadd fissret kif bil-kuntrarju, illum l-affarijiet mixjin b’mod differenti hekk kif kuntratti bħal dawn jaqgħu taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Kuntratti, fejn joħorġu sejħa għall-offerti, li jfisser li hemm il-kompetizzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis indirizza l-kritika li saret riċentament dwar il-kuntratt f’San Vinċenz De Paul li se jgħin biex ikunu indirizzati b’mod dirett il-waiting lists għad-djar tal-anzjani. Decelis spejġa kif kif f’dan il-każ l-affarijiet saru b’mod miftuħ ferm aktar milli kien issir taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Qal ukoll li kollox sar skont ir-regoli.

Diversi kritiċi kkumentaw kif il-Motorolla kkuppjat lil Apple

Diversi persuni li għandhom għal qalbhom it-teknoloġija nnutaw kif l-ismartphone l-ġdid tad-ditta Motorola, ‘Motorola P30’ huwa identiku għall-aħħar smartphone tal-Apple, ‘iPhone X’ li ħareġ f’Settembru tas-sena li għaddiet.

Diversi kritiċi kkummentaw kif il-‘Motorola P30’ għandu l-istess affarijiet bħal l-‘iPhone X’, bl-unika ħaġa differenti hija dik li għandu fingerprint scanner fuq wara tal-ismartphone filwaqt li l-‘iPhone’ m’għandux.

Lenovo, il-kumpanija responsabbli mill-mowbajls Motorolla ma kkummentat xejn dwar il-kritika li qed tirċievi dwar dan il-prodott il-ġdid.

Il-Ħamis, il-kumpanija Lenovo ħabbret li għamlet telf fl-ewwel kwart tas-sena kkumparat ma’ sena ilu.

Dan l-mowbajl se jkun qed jinbiegħ fiċ-Ċina, filwaqt li mhuwiex magħruf jekk il-‘Motorola P30’

se jinbiegħ f’pajjiżi oħra.

Send this to a friend