Eman Portelli – Page 127 – One News

Eman Portelli

Notifiki

“Pass pożittiv li Malta u l-Italja ħadmu flimkien dwar l-immigrazzjoni fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-UE” – Carmelo Abela

Fuq inizjattiva tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela u tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja Enzo Moavero Milanesi, il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, li sar fl-aħħar jiem, inkluda diskussjoni fuq il-progress u l-iżviluppi ġodda li qed isiru fil-qasam tal-migrazzjoni. Aqra aktar

Inawgurat mafkar ta’ Dun Salv Galea fiż-Żejtun

Mafkar f’ġieħ Dun Salv Galea ġiew inawgurat is-Sibt ġewwa ż-Żejtun mill-President ta’ Malta l-E.T. George Vella. Waqt din l-istess attività tnieda wkoll ktieb dwar Dun Salv Galea.

Dun Salv Galea għex bejn l-1925 u l-2007.  Huwa imfakkar bħala saċerdot li ta ħajtu għall-formazzjoni taż-żgħażagħ fiż-Żejtun. Dan il-mafkar sar fuq inizzjattiva tal-grupp ex-Żgħażagħ Żejtun ta’ Dun Salv Galea flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Permezz ta’ dan il-mafkar, il-ħidma ta’ dan is-saċerdot ser tibqa imfakkra maż-Żwieten kollha.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-Ministri Carmelo Abela u Owen Bonnici.

Tindif fiż-żona ta’ Belt il-Ħażna fil-Marsa

Il-Ħadd filgħodu sar xogħol ta’ tindif fiż-żona ta’ Belt il-Ħażna fil-Marsa.

Dan qed isir wara li l-Kunsill Lokali tal-Marsa ġibed l-attenzjoni li kien hemm diversi biċċiet ta’ skart mormi f’din iż-żona.

It-tindif qed isir min ħaddiema ta’ Ambjent Malta.

Send this to a friend