Bosta rigali nġabru taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja l-Belt Valletta.Aqra aktar

Bosta rigali nġabru taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja l-Belt Valletta.Aqra aktar
Kien f’jum il-Milied ta’ mija u sittin sena ilu meta twieled Manwel Dimech. Huwa twieled f’kerrejja fejn kienu jgħixu disa’ familji, ħajt ma’ ħajt mal-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta. Manwel Dimech tgħammed dakinhar tal-Milied stess, tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod, fil-Knisja ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.Aqra aktar
Il-pandemija wrietna kemm l-ekonomija Maltija hija reżiljenti u kemm il-ħaddiema jħobbu verament xogħolhom.Aqra aktar
Il-pulizija qed tinvestiga serqa minn ħanut f’Bormla, it-Tnejn wara nofsinhar.Aqra aktar
Nhar is-Sibt li ġej, l-għada tal-Milied, pajjiżna se jirċievi l-ewwel għaxart elef doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 hekk kif it-Tnejn waranofsinhar, l-Agenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA approvat il-vaċċin ta’ BioNTech u Pfizer.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li spjega kif il-pass li jmiss huwa li fis-sigħat li ġejjin il-Kummissjoni Ewropea tapprova r-rakkomandazzjoni biex it-tilqima tibda titqassam fl-Istati Membri Ewropej.
Għall-ħabta tat-3:00 ta’ wara nofsinhar, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministeru għas-Saħħa fil-Belt Valletta.Aqra aktar
Minkejja li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jgħid li l-partit jinsab magħqud, il-firda fil-Partit Nazzjonalista kompliet toħroġ fil-beraħ fuq il-midja soċjali.
L-eks Kunsillier Nazzjonalista tal-Gżira, Wayne Hewitt, li huwa ħaġa waħda mal-klikka tal-Kap Bernard Grech, dik magħrufa bħala l-fazzjoni ta’ Simon Busutill infexx f’attakk fuq Facebook.
Is-sena l-oħra, għar-raba’ sena konsekuttiva l-ekonomija fil-gżira Għawdxija kibret aktar minn dik f’Malta.Aqra aktar
Kmieni t-Tnejn filgħodu, Infrastruttura Malta fetħet l-aħħar rotta ewlenija tal-proġett tal-Junction tal-Marsa, li minn Triq Aldo Moro tagħti għal Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid u twassal lix-xufiera lejn in-nofsinhar tal-pajjiż, lejn il-Kottonera, Raħal Ġdid u l-Fgura.
Dan jikkumplimenta s-seba’ strutturi l-oħra tal-proġett li jgħaqqadu Triq Aldo Moro mat-Telgħa tal-Addolorata, Triq Giuseppe Garribaldi fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar tal-pajjiż.
Raġel ta’ 40 sena minn Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat b’go-kart ġo trailer li kien ipparkjat.Aqra aktar
Send this to a friend