Edward Montebello

Notifiki

Diskussjonijiet mal-industrija tad-divertiment u l-arti biex jitfassal metodu responsabbli tat-triq ’il quddiem

Illum il-Gvern u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci iltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Arti u d-Divertiment fejn għaddejjin diskussjonijiet biex jitfassal metodu tat-triq ’il quddiem għall-industrija tad-divertiment u l-arti b’mod responsabbli u b’mod li ma tiġix ipperikolata s-saħħa tal-poplu.Aqra aktar

Jiċħad li ġibed il-kokaina u jgħid li hu ma jieħux droga

Il-kantat Damiano mill-grupp rebbieħ tal-Eurovision, Måneskin, ċaħad li hu ħa d-droga meta fix-xandira tal-Eurovision deher qisu jiġbed il-kokaina.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara l-finali huwa qal li hu ma jieħux droga meta mistoqsi mill-ġurnalist tal-gazzetta Żvediża Aftonbladet.

Intant dan huwa l-filmat fejn allegatament, Damiano jidher jieħu d-droga fil-greenroom tal-Eurovision.

Il-grupp Taljan wera s-sodisfazzjon tiegħu li rebaħ il-vot tal-pubbliku u b’hekk rebaħ il-Eurovision u nnota kif il-ġurija minn kull pajjiż ma tatux biżżejjed punti.

Bil-flixkun tax-xampanja maġenbu, l-grupp Taljan, li wkoll rebaħ Sanremo, kien f’dellirju ta’ ferħ li wara aktar minn tletin sena, l-Italja rebħet il-Eurovision Song Contest.

Il-grupp saħaq li meta tkun inti, ir-riżultat jasal u dik kienet ir-riċetta ta’ Måneskin bil-kanzunetta ‘Zitti E Buoni’.

Mistoqsija dwar il-belt li se tilqa’ l-Eurovision tas-sena d-dieħla, il-grupp qal li ma għandu l-ebda preferenza.

“L-aqwa li se jsir l-Italja wara pandemija”, saħqet Victoria De Angelis, ta’ oriġini Daniża.

L-Italja tirbaħ il-Eurovision permezz tal-grupp Måneskin

L-Italja permezz tal-grupp Måneskin, rebħet il-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Il-grupp rock Taljan seraq il-qlub tal-Ewropej u l-ġurija bil-kanzunetta ‘Zitti E Buoni’.

Din hi l-ewwel kanzunetta rebbieħa fuq stil rock fi ħmistax-il sena hekk kif l-aħħar u l-unika grupp rock rebbieħ fil-Eurovision, qabel ta’ din is-sena, kien il-grupp Finladiż Lordi bil-kanzunetta ‘Hard Rock Hallelujah’.

L-Italja issa rebħet il-Eurovision tliet darbiet, fl-1964, fl-1990 u din is-sena.

Malta rappreżentata minn Destiny spiċċat fis-seba’ post fil-finali tal-Eurovision.

Destiny tat wirja stupenda fil-finali.

Fil-vot tal-ġurija, Malta ġiet fit-tielet post u kisbet 12-il punt minn bosta pajjiżi fosthom l-Awstralja u r-Rumanija.

Mill-vot tal-pubbliku Malta kisbet biss 47 punt.

Għal Malta huwa l-aqwa riżultat mill-2013 meta Gianluca Bezzina kien ġie fit-tmien post.

Minkejja dan, pajjiżna kien kwotat ferm u kien mistenni jiġi mal-ewwel tliet postijiet skont id-djar tal-imħatri.

Intant ftit tal-ħin ilu ħarġu wkoll ir-riżultati tas-semifinali fejn nhar it-Tlieta, Malta rebħet l-ewwel semifinali hekk kif bil-voti magħduda flimkien tal-ġurija u l-vot tal-pubbliku, Destiny ġiet l-ewwel.

Fil-finali Malta kisbet 255 punt u qabel Malta kklassifikat il-Finlandja u wara Malta ġiet il-Litwanja.

Send this to a friend