Edward Montebello – Page 6 – One News

Edward Montebello

Notifiki

Ta’ Delia jridu jibdew ikeċċu lil min sfiduċja lill-Kap

Il-ġlied fil-Partit Nazzjonalista kompla jżid fid-doża tiegħu hekk kif iż-żewġ fazzjonijiet, dik ta’ Adrian Delia u dik ta’ Simon Busuttil komplew iqisu u jagħmlu l-kalkulu politiku tal-mossi u l-azzjonijiet li jmiss. Aqra aktar

Delia jattakka lura l-pariri Kostituzzjonali li qed jimbuttaw dawk li sfiduċjawh

Fi stqarrija l-Ġimgħa filgħaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jattakka lid-deputati li sfiduċjawh għall-argument tagħhom li l-President ta’ Malta għandu jneħħi lil Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni u floku jaħtar lil Therese Comodini Cachia.

B’referenza għall-istqarrija tad-deputati li sfiduċjawh, li qalilhom li mhumiex magħrufa għaliex ivvutaw kontrih f’vot sigriet, Delia qal li mhux xieraq li l-President George Vella jintilef f’dibattitu pubbliku fuq materja sensittiva.

Dan f’kuntest li d-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia ħarġu stqarrija b’pariri Kostituzzjonali li jgħidu li Delia għandu jitneħħa.

Adrian Delia qal li se jibqa’ leali lejn it-tesserati u l-ġurament li ħa bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Send this to a friend