Edward Montebello – Page 5 – One News

Edward Montebello

Notifiki

Impjant biex jippurifika l-ilma f’Mater Dei jagħti kura aħjar lil dawk morda bil-kliewi

Waqt żjara li għamel fit-taqsima għall-kura tal-mard fil-kliewi, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li f’din it-taqsima hemm impjant ta’ Reverse Osmosis li jippurifika l-ilma.Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew imħasseb bis-saltna tad-dritt u d-demokrazija li ddeterjorat fil-Polonja

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili fi ħdan il-Parlament Ewropew mistenni jaddotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni li ddeterjorat fil-Polonja dwar id-demokrazija, is-saltna td-dritt u d-drittijiet fundamentali. Membri Parlamentari Ewropej huma mħassba dwar is-saltna tad-dritt fil-Polonja anki jekk daħħal fis-seħħ Artikolu 7.

Il-Membri Parlamentari Ewropej jinsab imħassba fuq il-libertà tal-espressjoni fil-Polonja. Dan ħareġ fi stqarrija li ħareġ il-Parlament Ewropew, ftit wara li l-President konservattiv Andrjez Duda reġa’ ġie elett President tal-pajjiż.

BIL-FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li sejjer jorqod wara li sfiduċja lill-Kap għat-tielet darba

Wara li sfiduċja lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għat-tielet darba f’ġimgħa, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal lill-midja li sejjer jorqod.

 

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Jason Azzopardi ħareġ mid-Dar Ċentrali flimkien ma’ David Thake u ftit warajh deher Chris Said, id-deputat li ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja f’Delia fil-grupp parlamentari Nazzjonalista l-ġimgħa l-oħra.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Louis Galea jgħid li Delia ma jistax jibqa Kap u akkużah li qed jabbuża mil-lealtà tat-tesserati

Louis Galea ngħaqad ma’ esponenti oħra Nazzjonalisti u talab lil Adrian Delia biex jirriżenja minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija ta’ żewġ paġni qal b’mod ċar li l-Oppożizzjoni għandha jkollha mexxej ġdid mill-aktar fis.

Huwa qal li għandha ssir elezzjoni ġusta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-istqarrija, dak li Adrian Delia qabbdu biex jagħmillu l-bidliet fl-istatut, attakkah bla rażan u qallu biex jieqaf jabbuża mil-lealtà u t-tjubija tat-tesserati.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Adrian Delia jgħid li l-aħħar vot ta’ sfiduċja fih ma jwassal għal imkien

Adrian Delia saħaq li l-vot ta’ sfiduċja li ttieħed fil-konfront tiegħu fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ma jwassal għal imkien u huwa biss vot dikjaratorju.

Huwa qal dan meta kien qed jirreferi għal klawsola fl-istatut li tgħid li jridu jgħaddu minn tal-inqas sentejn biex titressaq mozzjoni oħra ta’ sfiduċja fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fil-Kunsill Ġenerali.

Delia saħaq dan fuq l-għatba tad-Dar Ċentrali ftit qabel is-sagħtejn ta’ bil-lejl wara laqgħa tal-eżekuttiv li damet madwar seba’ sigħat.

Il-Kap Nazzjonalista qal li min wassal il-vot ta’ sfiduċja fih fl-eżekuttiv kien jaf li dan il-vot mhu se jwassal għal imkien wara li falla t-tentattiv mal-President tar-Repubblika.

Delia żied jgħid li jiddispjaċih li fil-Partit Nazzjonalista għad hemm min ma tagħlimx li jekk ma tirrispettax ir-rieda tan-nies, allura verament m’aħna se nagħmlu l-ebda progress.

Fil-laqgħa tal-eżekuttiv, Delia tilef vot ta’ fiduċja li ttieħed b’mod sigriet wara diversi protesti min-naħa ta’ Delia stess li aċċenna li l-vot ma kellux jittieħed minħabba li ma kienx fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, dwar il-futur tiegħu, Adrian Delia qal li r-rieda tat-tesserati li eleġġewh bħala Kap għandha tkun irrispettata mill-istrutturi kollha tal-Partit Nazzjonalista.

Fakkar ukoll li sena ilu huwa rebaħ vot ta’ fiduċja fost il-kunsilliera li vvutaw fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

 

Il-KE tikteb lill-Prim Ministru u tirrikonoxxi li pajjiżna qed iwettaq riformi favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen tħoss li huwa pożittiv u jeżisti impenn mill-Gvern Malti biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-indipendenza fil-ġudikatura. Aqra aktar

Send this to a friend