Edward Montebello – Page 4 – One News

Edward Montebello

Notifiki

Il-Pulizija tagħmel passi kbar fl-investigazzjoni tal-qtil doppju…mhux eskluż żviluppi ġodda mal-ħin

Fil-ħin li ġej, il-pulizija tista’ tkun qed tagħti dettalji u żviluppi ġodda b’rabta mal-qtil doppju li seħħ bħal-lum ġimgħa f’dar lussuża f’tas-Sliema.

Nifhmu li fl-aħħar jiem, il-pulizija mxiet sew fl-investigazzjonijiet u saħansitra ddentifikat wieħed mis-suspettati fil-qtil tal-koppja.

Aqra aktar

Niżvelaw il-kuntratt ta’ waħda mill-ewwel ċedoli li nżammew sigrieta mill-PN

Minkejja l-insistenza tal-Partit Nazzjonalista fuq is-segretezza tal-iskema taċ-ċedoli, ONE News jinsab f’pożizzjoni li b’mod esklussiv jippubblika ċedola t’għaxart elef ewro bejn persuna u l-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

“Il-Pulizija kkonfermat miegħi li ma ninsabx taħt investigazzjoni” – Joseph Muscat

“Il-pulizija ddikjaraw li jiena mhux qed niġi investigat fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.”

Hekk sostna Dr. Joseph Muscat ftit wara li kien mitkellem fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija fejn spjega li l-mistoqsijiet li sarulu kienu dwar punti fir-rigward ta’ stqarrija li kien ta Yorgen Fenech fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u li skont il-mezzi tax-xandir kienet ingħatat biss wara li kienet ġiet miċħuda talba għal maħfra li kien għamel Fenech.Aqra aktar

Il-UHM tissospendi l-azzjonijiet industrijali fil-qasam tas-saħħa

Il-Unjin Ħaddiema Magħqudin, il-UHM issospendiet l-azzjonijiet industrijali fil-qasam tas-saħħa. Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn semma kif il-pazjenti huma r-rebbieħa wara diskussjonijiet twal li saru matul il-jum tal-Ħamis.

Din il-ġimgħa l-UHM kienet ħarrxet l-azzjonijiet industrijali fl-isptarijiet u waqqfet diversi servizzi fosthom operazzjonijiet, pproċessar ta’ testijiet tad-demm u servizzi fil-komunità għall-anzjani u persuni b’diżabilità. Il-kwistjoni kienet dwar ftehim settorjali. Għad-direttivi tal-UHM kienet uriet tħassib, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.

 

Mhux vera miet Enzo Gusman… il-familja titlob biex ma jinxterdux qlajjiet

Mhux vera miet il-kantant Enzo Gusman. Fl-aħħar ħin ġie rappurtat li Enzo Gusman miet waqt li jinsab rikoverat fi sptar fil-Kanada iżda dan mhux minnu u ONE News għandu l-konferma minn nies qrib il-familja Gusman.

Fil-fatt ONE News irrapporta mill-bidu nett b’mod korrett u ċaħad l-aħbar falza li ġiet rappurtata minn siti u kmamar tal-aħbarijiet oħra.

Bint Enzo, Greta Gusman kitbet li mhuwiex minnu li Enzo Gusman miet, anki jekk diversi kmamar tal-aħbarijiet oħra rrappurtaw din l-aħbar falza. “Jekk jogħġobkom ixxerdux qlajjiet għaliex il-familja diġà għaddejja minn ħafna. Irrispettaw il-privatezza tal-familja tagħna”, talbet Greta Gusman. Mart Enzo, Carmen ukoll ċaħdet l-aħbar falza li xterdet minn midja oħra li issa ħassret l-aħbar falza li rrappurtat. “Għal grazzja t’Alla, Enzo għadu magħna”, qalet Carmen Gusman.

Il-familja Gusman qalet li Enzo Gusman għandu bżonn it-talb wara li kellu inċident meta kien qed iżur lill-uliedu ġewwa l-Kanada. Għaxart ijiem ilu, Enzo Gusman li ddomina x-xena mużikali u tal-ispettaklu għal ħafna snin, għalaq 73 sena.

Intant fi stqarrija l-Partit Laburista awgura fejqan ta’ malajr lil Enzo Gusman filwaqt li appella biex ma tinxteridx informazzjoni skorretta fuq il-mezzi soċjali. Il-Partit Laburista wera s-solidarjetà mal-qraba kollha ta’ Enzo Gusman f’dan il-mument diffiċli.

 

Send this to a friend