Edward Montebello

Illum waranofsinhar mistenni jasal b’arrest Adrian Hillman

Illum waranofsinhar mistenni jasal f’pajjiżna b’arrest Adrian Hillman.

Sorsi li tkellmu ma’ ONE News spjegaw li Hillman se jkun qed jasal f’pajjiżna illum wara li fl-aħħar jiem ġie arrestat fir-Renju Unit u tressaq quddiem Qorti Ingliża biex jiġi estradit lejn Malta.

L-eks Direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers, mistenni jitressaq il-Qorti ta’ Malta u jaffaċċja akkużi kriminali marbuta ma’ ħasil ta’ flus.

Dan ifisser li b’kollox tliet diretturi tal-kumpanija responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-Times mistennija jkunu fl-iżbarra jaffaċċjaw akkużi kriminali.

Dawn huma Vince Buhagiar, eks Direttur Maniġerjali, Michel Rizzo, li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien Direttur Maniġerjali tal-kumpanija tat-Times u wara ssospenda ruħu u issa Adrian Hillman, li kien ukoll Direttur Maniġerjali tal-Allied.

Fl-aħħar jiem, l-Avukat ta’ Hillman, Stefano Filletti ġie kkwotat jgħid li l-klijent tiegħu mill-ewwel għarraf lill-awtoritajiet bil-post fejn kien u għandu l-intenzjoni li jikkollabora tul il-proċess.

Il-każ idur fuq numru ta’ allegazzjonijiet dwar l-operat tal-kumpanija tat-Times u r-relazzjoni tul is-snin bejn it-tmexxija tal-kumpanija u negozji oħra, partikolarment bejn Adrian Hillman u Keith Schembri.

Hu mifhum ukoll li Hillman għandu rabtiet mad-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco.

Apparti li Hillman kien il-bestman fit-tieġ ta’ De Marco, id-Deputat Nazzjonalista huwa membru fil-Kunsill tal-Fondazzjoni Strickland, ix-shareholder ewlieni tal-kumpanija tat-Times, Allied Newspapers.

Tibgħat ittra lil Sassoli dwar aġir diskriminatorju minn tal-PPE fuq Agius Saliba

Il-President tal-Grupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew Iratxe Garcia Perez bagħtet ittra lill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli fejn formalment ilmentat dwar il-mod degradanti li ġie trattat bih l-Ewroparlamentari Malti Dr Alex Agius Saliba miċ-Chairperson ta’ Kumitat tal-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Rapport ippubblikat tal-Moneyval dwar Malta jsemmi l-progress sinifikanti li sar

Il-Kumitat t’esperti kontra l-ħasil ta’ flus fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa magħruf bħala l-Moneyval qal li Malta għamlet progress sinifikanti fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.Aqra aktar

Send this to a friend