Edward Montebello

L-Amerka tordna sanzjonijiet fuq il-Bulgarija minħabba l-korruzzjoni… jingħad li dan hu stat mafjuż

L-Istati Uniti ordnat numru ta’ sanzjonijiet kontra figuri politiċi fil-Bulgarija minħabba l-korruzzjoni.

Is-sit awtorevoli Politico rrapporta dan u qal li dan sar quddiem is-silenzju mill-Unjoni Ewropea, l-istituzzjoni li falliet milli tindirizza l-ksur rampanti tas-saltna tad-dritt f’pajjiż li fl-aħħar snin kien iddominat mit-tmexxija ta’ partit imsieħeb fil-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, primarjament minn Boyko Borissov.

Politico kiteb li ħafna mill-korruzzjoni fil-Bulgarija ddur ma’ fondi Ewropej li flok spiċċaw marru għall-proġetti ta’ fejda li jgawdi minnhom il-poplu Bulgaru, spiċċaw għand l-oligarkija u nies ta’ poter.

Aqra aktar

Iffurmat Gvern ta’ koalizzjoni b’maġġoranza ta’ xagħra biex jitqaċċat Netanyahu

Fl-Iżrael tmien partiti rnexxielhom jgħaqqdu Gvern ta’ koalizzjoni kontra Benjamin Netanyahu, li issa kien daħal fit-tnax-il sena konsekuttiva bħala Prim Ministru.

Il-koalizzjoni li tinkludi bosta partiti ċentrali, tal-lemin u tax-xellug, fiha wkoll il-partit li jirrappreżenta l-Għarab fl-Iżrael.

B’dan il-ftehim, li jrid jiġi kkonfermat b’vot fil-Knesset, Naftali Bennett tal-partit lemini Yamina se jsir Prim Ministru sa Awwissu ta’ sentejn oħra sakemm imbagħad minn hemm sa tmiem il-leġiżlatura, Yair Lapid tal-partit ċentrali Yesh Atid jilħaq Prim Ministru tal-Iżrael.

Netanyahu sejjaħ dan il-ftehim, fuq Gvern ġdid li l-għan ewlieni kien li jqaċċat lilu mill-poter, bħala l-frodi tas-seklu.

Netanyahu jinsab fl-iżbarra jaffaċċja akkużi dwar korruzzjoni u saħaq li l-Gvern il-ġdid huwa ta’ theddida għas-sigurtà tal-poplu Lhudi u l-futur tal-istat Iżraeljan.

Fost id-diskussjonijiet bejn il-partiti li għandhom maġġoranza ta’ xagħra kien hemm il-legaliżazzjoni tal-kannabis u l-ħatriet fil-ġudikatura.

Il-partiti jridu jmorru b’vot ta’ maġġoranza fil-Knesset, li huwa l-Parlament Iżraeljan, u jassiguraw maġġoranza ta’ 62 siġġu quddiem il-President Reuven Rivlin.

BIL-FILMAT: Issemmi lil Azzopardi u t-talb fuq il-qabar meta l-Oppożizzjoni bdiet toħroġ barra mis-suġġett 

F’laqgħa oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi fejn kien qed jixhed Paul Apap Bologna dwar il-kuntratt tal-Electrogas, l-Avukat tas-Sur Apap Bologna qalet li mhux se tħalli lid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jagħmel ‘bullying’ fuqha.Aqra aktar

Il-Maltin l-aktar poplu li jħoss li l-għajnuna tal-Gvern waqt pandemija marret għand min l-aktar jeħtieġ

Rapport t’aġenzija tal-Unjoni Ewropea juri li l-Maltin huma l-aktar fost il-popli Ewropej, li jħossu li l-għajnuna tal-Gvern waqt pandemija marret għand min l-aktar kien jeħtieġ.Aqra aktar

Il-KV tagħti raġun lill-Gvern dwar emendi Kostituzzjonali li ma jmorrux kontra d-drittijiet tal-bniedem

Il-Kummissjoni Venezja tat raġun lill-Gvern Malti u saħqet li l-Abbozz li jemenda l-Kostituzzjoni, jiġifieri abbozz numru 166 u l-abbozz li jemenda l-att tal-interpretazzjoni, abbozz numru 198 ma jmorrux kontra d-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.Aqra aktar

Jisħaq fuq il-kwalità tas-servizz fi żjara f’żewġ entitajiet li ġew ippremjati għas-servizz li jagħtu

Fil-ġimgħa għas-servizz pubbliku, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar żar żewġ entitajiet li fix-xhur li għaddew ġew mogħtija il-Quality Award li jassigura l-ogħla kwalità ta’ servizz.Aqra aktar

Send this to a friend