Edward Montebello

SISTEMA TAL-OPERAT ĠDIDA FIL-PORT ĦIELES

L-għodwa ta’ Santa Marija hija waħda mill-ħamest ijiem li l-Port Ħieles ma joperax iżda din is-sena kienet differenti hekk kif it-tekniċi involuti fil-qalba tas-sistema l-ġdida li biha jopera wkoll iċ-ċaqliq tal-kontejners ħadmu bla heda biex l-għada, il-Port Ħieles reġa’ beda jopera normali.

Stephen Calleja li spjega kif taħdem l-aħħar sistema l-ġdida saħaq magħna fuq il-vantaġġi li qed iġġib magħha din is-sistema Navis N4.

Aqra aktar

Kanzunetta kontoversjali dwar l-IVF

Kanzunetta dwar l-IVF u l-iffriżar tal-embrijuni ħolqot kontroversja, bil-kantant li interpretaha jiddefendi ruħu billi qal li ma ried joffendi lil ħadd.

Aleandro Pace Tahir spiċċa Kkritikat għall-fatt li diversi raw il-viżwal li ntuża mal-kanzunetta f’kuntest żbaljat.Aqra aktar

Senatur Amerikan impressjonat b’Malta

Senatur bi profil għoli fil-Kungress Amerikan sostna li t-tkabbir ekonomiku li qiegħda tesperjenza Malta taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat huwa eċċezzjonali. Fl-istess waqt saħaq dwar it-tneħħija tal-burokrazija biex ikompli jikber il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Aqra aktar

Ma jafx kemm hemm membri

Godfrey Farrugia ma jafx kemm hemm membri eliġibbli biex jaħtru l-Kap u l-Eżekuttiv tal-Partit Demokratiku.

F’kummenti ma’ ONE News ikkonferma li m’għandux idea ta’ kemm il-Partit Demokratiku għandu membri iżda min-naħa l-oħra m’eskludiex li jikkontesta għal Kap tal-Partit Demokratiku.

Il-Kap preżenti Marlene Farrugia saħqet li mhix se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku minħabba li fi kliemha trid tiffoka fuq prioritajiet oħra.

Aqra aktar

Organizzata l-ġimgħa Ewropea għal Mobbiltà

Għar-raba’ sena konsekuttiva se tiġi organizzata il-ġimgħa Ewropea għal Mobbiltà.

Din se tkun qed issir bejn is-sittax u t-tnejn u għoxrin ta’ Settembru.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost l-oħrajn mill-Ministri Ian Borg u Jose’ Herrera ngħataw id-dettalji li se jittieħdu f’din il-ġimgħa simbolika li l-għan tagħha hija li tibgħat messaġġ favur użu ta’ trasport alternattiv li jgħin għat-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja.

Il-Ministru responsabbli mit-trasport Ian Borg saħaq li l-bidla fil-mentalità biex il-poplu juża mezzi alternattivi tat-trasport hija sfida għal pajjiż sħiħ.

Aqra aktar

“Pajjiżna ta kontribut li jmur lil hinn mill-istorja tal-UE” – Joseph Muscat fi Strasburgu

Meta kien qed jitkellem fi Strasburgu fil-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li tul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fi żmien qasir pajjiżna ta kontribut li jmur lil hinn mill-istorja kbira ta’ din l-Unjoni.

Il-Prim Ministru rrefera għal bosta dossiers li ngħalqu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, waqt il-Presidenza Maltija.

Semma fost l-oħrajn it-tneħħija tat-tariffi tar-roaming u leġislazzjoni importanti biex l-istati membri jkunu marbuta ma’ regoli dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

Aqra aktar

Send this to a friend