Edward Montebello

Sebat irġiel jitressqu l-Qorti akkużati fuq pussess ta’ pornografija tat-tfal

Raġel ta’ tlieta u tletin sena mill-Filippini tressaq il-Qorti mixli li xerred filmat ta’ raġel jistupra tarbija.

Dan il-filmat li fil-Qorti ġie deskritt bħala disturbanti u xokkanti diġa qajjem diskussjoni fil-Filippini hekk kif min ħa l-filmat spiċċa ngħata l-piena tal-mewt f’pajjiżu.

Minħabba li r-raġel tal-Filippini m’għandu ebda rabtiet ma’ Malta, il-Qorti rrifjutat il-ħelsien mill-arrest hekk kif hemm ċans li jitlaq mill-pajjiż.

Fil-Qorti tressqu wkoll erba’ t’irġiel oħra fejn ġew akkużati li kienu fil-pussess u xerrdu materjal relatat ma’ pornografija tat-tfal.

L-arresti ġew wara ħidma intensiva mill-Iskwadra ta’ kontra l-Vizzji li kkolaborat mal-Interpol.

Żejtuni ta’ ħamsa u erbgħin sena ġie mixli li xerred materjal pornografiku ta’ minorenni. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Aqra aktar

SENTENZA SOSPIŻA WARA LI XERRDU RITRATT TA’ TFAJLA GĦARWIENA

Żewġ ġuvintur weħlu tmintax-il xahar ħabs sospiżi għall-erba’ snin wara li ammettew li xerrdu ritratt ta’ tfajla għarwiena.

Iż-żewġ ġuvintur li għandhom wieħed u għoxrin u l-ieħor għoxrin sena rispettivament wettqu dan l-att madwar tlett snin ilu meta kienu għadhom taħt l-eta’ u t-tfajla kienet ukoll taħt l-eta’.

Filfatt fil-Qorti intqal li t-tfajla kienet madwar sena iżgħar mill-ġuvintur.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale fisser dan il-każ bħala wieħed serju u qal li s-soċjetà tal-lum intlaqtet minn allerġija għad-dixxiplina.

Filwaqt li kkunsidra li l-ġuvintur ammettew u biddlu ħajjithom, apparti s-sentenza sospiża, il-Maġistrat ordna liż-żewġ żgħażagħ iħallsu l-ispejjeż kollha marbuta mal-esperti tal-Qorti.

Mill-moda għall-biedja organika

Mill-passarella fl-isfilati ta’ wirjiet tal-moda, għar-raba’ qalb il-ħxejjex, il-frott u l-klieb tal-għassa.

Din hija Gloria Camilleri, li għamlet snin twal bin-negozju tal-ħwejjeġ u issa ilha għal dawn l-aħħar sena u nofs topera b’negozju t’għalqa li tkabbar il-frott u l-ħaxix b’mod organiku.

B’passjoni liema bħala, hi u ddawarna mal-għalqa tagħha spjegat kif meta ħalliet għal kollox id-dinja tal-moda, ftit li xejn kellha tagħrif fuq il-biedja iżda permezz ta’ taħriġ li rċeviet issa qed tkabbar prodotti organiċi li huma ċċertifikati.

Aqra aktar

Christabelle f’Lisbona għall-ġbid tal-kartolina

Christabelle tinsab f’Lisbona sabiex tinġibed il-kartolina li se tintroduċi l-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision Song Contest li ġej.

Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi parteċipanti li bdew jintgħażlu f’pajjiżhom qed imorru fil-kapitali Portugiża, il-belt ospitanti tal-Eurovision 2018.

Permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, Christabelle Borg li kmieni dan ix-xahar kisbet rebħa mpressjonanti fis-selezzjoni Maltija, qalet li qiegħda fil-Portugall.

Fil-jiem li ġejjin, Christabelle mistennija wkoll tirritorna f’Malta u jibda l-ġbid tal-vidjo mużikali ta’ Taboo. Hija mistennija wkoll iddur numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa.

Dan bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni li l-ambaxxatriċi Maltija se tagħmel qabel il-Eurovision.

Ara: Ermal Meta u Fabrizio Moro jirbħu San Remo

Kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-festival ta’ Sanremo, festival segwit minn bosta Maltin. B’dan il-festival Taljan li kull sena jittella’

Kantant t’oriġini Albaniża u ieħor Taljan rebħu t-tmienja u sittin edizzjoni tal-festival popolari Sanremo b’kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu.

Il-kanzunetta Non mi avete fatto niente titkellem dwar il-gwerer u t-terroriżmu li primarjament laqat bliet Ewropej.

Ermal Meta u Fabrizio Moro kienu fost il-favoriti li jirbħu Sanremo, li b’pompa liema bħala reġa’ itella’ fit-teatru Ariston.

Aqra aktar

Is-saħħa tal-kult Pawlin f’pajjiżna

 

Frar ifawwar il-bjar li jkun mela Jannar. Hekk jgħid il-Malti u propju llum, fil-jum tal-festa ta’ San Pawl nawfragu, it-temp fakkarna fil-ġrajja li ġrat fis-sittin sena wara Kristu. San Pawl, kien ġie arrestat f’Ġerusalem wara li kien qed ixandar it-tagħlim tal-Kristjaneżmu.

Aqra aktar

FILMAT: Christabelle tirbaħ il-Malta Eurovision u sejra Lisbona

Christabelle Borg hija r-rebbieħa tal-Malta Eurovision 2018 u se tkun l-ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovision.

Christabelle, rebħet dan l-akbar festival prestiġġjuż f’pajjiżna permezz tal-kanzunetta Taboo. Hija kisbet l-ogħla punteġġ mill-ħames membri kollha tal-ġurija kif ukoll l-ogħla punteġġ mill-pubbliku permezz tat-televoting. Hija rebħet dan il-festival b’133 punt permezz ta’ votazzjoni magħmula minn 50% ġurija u 50% vot tal-pubbliku.

Fit-tieni post, ikklassifikaw Richard u Joe Micallef bil-kanzunetta Song for Dad b’98 punt segwita fit-tielet post mill-kantanta Brooke bil-kanzunetta Heart of Gold b’84 punt.

Fl-ewwel kummenti tagħha ma’ One NEWS, hija qalet li din kienet l-akbar ħolma ta’ ħajjitha li issa saret realtà.

Dwar il-vjaġġ tagħha lejn Lisbona, hija qalet li se tkun qed tagħmel l-almu tagħha biex tmur bl-aqwa prodott possibbli.

Ta’ 25 sena, Christabelle se tirrappreżenta lil pajjiżna fit-tieni semi-finali tal-Eurovision b’kanzunetta li trid tindirizza t-tabù fuq l-isfidi tas-saħħa mentali.

Il-kanzunetta rebbieħa hija miktuba minn Johnny Sanchez, Thomas G:son, Muxu u Christabelle innifisha.

Sittax-il kanzunetta pparteċipaw f’dan il-festival li fih kien hemm bosta li spikkaw u kienu fit-taqtiegħa biex jirbħu l-biljett għal Lisbona.
Is-serata tal-lejla kienet preżentata minn Colin Fitz u li fiha ngħatat anki tislima xierqa lil kantant Tony Camilleri, il-Bayzo.

Ibqgħu segwu dan is-sit hekk kif se nxandru b’mod dirett l-ewwel reazzjoni tar-rebbieħa tal-Malta Eurovision.

Wara l-aħħar prova eċċellenti, stennija kbira għall-Malta Eurovision

Kollox jinsab lest biex illejla jittella’ l-Malta Eurovision Song Contest 2018. Sittax-il kanzunetta qed jikkompetu biex waħda minnhom tirbaħ id-dritt li tirrapreżenta lil pajjiżna f’Lisbona, fil-Portugall.

Il-ġurija, li sa issa l-ismijiet tagħhom baqgħu mhux magħrufa sabiex bl-ebda mod ma jiġi influwenzat ir-riżultat se jkollhom 50% tar-riżultat filwaqt li l-pubbliku se jkollu n-nofs l-ieħor biex jagħżel lil min irid f’Mejju li ġej imur għal Eurovision.Aqra aktar

Send this to a friend