Edward Montebello

Notifiki

Dalgħodu fl-Għammieri: Entużjażmu sħiħ għall-annimali

Sa minn kmieni l-Ħadd filgħodu bdiet għaddejja ħidma sfieqa sabiex għal sena oħra tittella’ l-wirja tal-annimali ġewwa l-Għammieri. Din il-wirja tal-annimali ssir dejjem f’Ottubru, propju viċin il-Jum Dinji għall-annimali li jiġi nhar l-erbgħa t’Ottubru fejn titfakkar ukoll il-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-patrun tal-annimali.Aqra aktar

Rabti mixli bi traffikar ta’ tlett kilogrammi droga

Rabti ta’ dsatax-il sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bi traffikar ta’ tlett kili droga kannabis. Il-Pulizija spjegat li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa daħal rapport fejn kienet mitluba tintervjeni waqt argument li beda jinstema’ ġej minn residenza fejn kien hem iż-żagħżugħ.
Aqra aktar

Rikonoxximent turistiku mis-suq Ingliż

Is-suq Ingliż: minnu nisqu u nieklu l-aktar fis-settur turistiku.

Mhux ta’ b’xejn Malta kisbet unur prestiġjuż fit-Travel Trade Gazzette Awards ta’ Londra. Permezz ta’ dan il-premju, pajjiżna kompla jistabilixxi ruħu fil-qasam turistiku dinji.

Aqra aktar

Kjarifikazzjoni wara allarm mill-Iskalin

Fi stqarrija, Projects Malta kjarifikat li għad m’hemmx ftehim sabiex tiġi żviluppata biċċa art għal spazju ta’ parkeġġ taħt l-art, f’Wied il-Għajn.

Dan b’reazzjoni għal numru ta’ rapporti li ħarġu mill-istampa li ġabu reazzjoni qawwija mis-sidien ta’ numru ta’ boat houses. Dan għaliex intqal li riżultat ta’ dan il-proġett ikollhom jiġu rilokati numru ta’ postijiet tas-sidien tad-dgħajjes.

Aqra aktar

Send this to a friend