Edward Montebello

ARA lil Christabelle taqta’ figura tajba waqt party f’Lisbona

Matul il-lejl li għadda, fi stabbiliment tad-divertiment fiċ-ċentru tal-kapitali Portugiża, Lisbona, Christabelle kompliet tippromwovi l-kanzunetta ta’ Malta, Taboo.

Waqt party organizzat mill-ambaxxata Iżraeljana ġewwa Lisbona, Christabelle kienet fost diversi kantanti li interpretat il-kanzunetta tagħha.

Hija ntlaqgħet tajjeb ħafna u kif jidher fil-filmat hawn taħt, bosta ammiraturi u ġurnalisti li jinsabu preżenti għall-Eurovision Song Contest 2018, komplew mal-ambaxxatriċi Maltija waqt l-interpretazzjoni tal-kanzunetta Taboo.Aqra aktar

”Ħadt gost ħafna fuq il-palk” – Ara r-reazzjoni ta’ Christabelle wara t-tieni prova

Ftit tal-ħin wara li temmet it-tieni prova tagħha fuq il-palk tal-Eurovision, Christabelle tat l-ewwel kummenti lil ONE News.

Ara r-reazzjoni ta’ Christabelle wara t-tieni prova tagħha f’Lisbona:

Ara t-tieni prova ta’ Christabelle:

Sadanittant kien hemm rimarki mħallta wara t-tieni prova tal-ambaxxatriċi Maltija, bil-kummenti pożittivi spikkaw.

Ara wħud mill-kummenti tal-ġurnalisti barranin dwar l-kanzunetta Maltija:

 

Ħidma effettiva mill-awtorità tal-artijiet

Permezz ta’ sistema ġdida t’applikazzjoni onlajn, l-Awtorità tal-Artijiet qed tipproċessa applikazzjonijiet ġodda.

Permezz ta’ tweġiba parlamentari, il-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura Ian Borg intqal li fl-elfejn u sbatax ġew proċessati madwar elfejn applikazzjoni, li l-maġġoranza tagħhom għaddew għall-iskrutinju tal-Bord tal-Awtorità.

Aqra aktar

Tirreaġixxi għall-kummenti iebsa ta’ saċerdot wara li t-tarbija tagħha ma ġietx rikonoxxuta

 

Kont inħoss it-tarbija tiċċaqlaq ġo fija, kont inħoss qalbha tħabbat ġo fija, kienet ħajja u imbagħad sabbtuli ’l bieb f’wiċċi meta tlabt għal funeral dinjituż ta’ tarbija li twieldet mejta.

Dawn kienu s-sentimenti li qasmet magħna Martha, isem fittizju ta’ omm li aktar kmieni din il-ġimgħa rrakontat kif minħabba kundizzjoni rari korriet diversi drabi, u żewġt itrabi minnhom twieldu qabel iż-żmien.

Meta kienet ċemplet lil Kurja biex tagħmel funeral privat, dawn dlonk ma rrikonoxxewx il-ħajja li kienet qed iżomm f’ġufha.Aqra aktar

Send this to a friend