Edward Montebello

L-Awditur Ġenerali jikkundanna n-nuqqasijiet fil-proġett tal-Isptar Mater Dei

Rapport tal-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-proċess, mid-disinn sal-għeluq tal-proġett tal-Isptar Mater Dei wera nuqqas sinjifikanti ta’ dokumentazzjoni fl-istadji kollha tal-proġett.

Ir-rapport li t-Tlieta filgħaxija tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti jitfa’ dawl fuq nuqqasijiet skandalużi li seħħew b’rabta mal-bini tal-Isptar Mater Dei taħt Gvernijiet Nazzjonalisti.

Filfatt ir-rapport maħruġ mill-uffiċċju nazzjonali tal-verifika jgħid li l-proġett kien stmat li se jiswa tlieta u tmenin miljun lira Maltin, li llum jiġu ftit aktar minn mija u disgħin miljun ewro.

L-Awditur Ġenerali jistma li l-ispiża tal-proġett telgħet għal ftit aktar min-nofs biljun ewro.

Ir-rapport jgħid li minħabba limitazzjonijiet fosthom in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni u informazzjoni bażika li suppost inżammet mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, dik li l-Gvern Nazzjonalista fdalha l-proġett ta’ Mater Dei f’idejha, l-ispiża ta’ nofs biljun ewro hija l-aħjar stima bbażata fuq informazzjoni li rnexxielu jikseb.

L-Awditur Ġenerali jisħaq li n-nuqqas ta’ informazzjoni li ngħatalu biex jinvestiga dwar il-governanza, it-trasparenza u l-amministrazzjoni finanzjarja tal-proġett juri biċ-ċar il-falliment istituzzjonali u negliġenza serja fl-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien meta kellha f’idejha l-fondi pubbliċi.

Ir-rapport jinnota wkoll li bejn is-sena elfejn u s-sena elfejn u tlieta kien hemm tħassib dwar l-eskalazzjoni materjali fl-ispiża tal-proġett tal-isptar.

Il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien rrikorra għal ftehim biex suppost jillimita spejjeż oħrajn u skont dan il-ftehim, l-ispiża ma kellhiex titla’ iżjed minn mija u wieħed u għoxrin miljun lira Maltin, li llum jiġu ekwivalenti għal kważi mitejn u tnejn u tmenin miljun ewro.

L-Awditur Ġenerali jgħid li dan is-suppost ftehim ma nżammx għaliex fi Frar elfejn u disgħa, il-Gvern Nazzjonalista kien reġa’ ħallas ftit aktar minn ħames miljun ewro oħra, VAT eskluża.

Ir-rapport jinnota wkoll li ma’ din is-somma li tħallset, il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ta rinunzja assoluta tad-drittijiet, liema dispożizzjoni esponiet lill-Gvern għal riskji kbar fosthom li kemm il-darba jirriżulta li hemm xi difetti fuq ix-xogħol, il-mezz ta’ rikors legali kien se jagħmilha aktar diffiċli għal Gvern biex ifittex lil Skanska, li kienet il-kumpanija fdata bil-bini tal-isptar.

L-Awditur Ġenerali saħaq ukoll li l-uffiċju tiegħu lanqas ma ġie pprovdut b’dokumnetazzjoni dwar meta l-Gvern Nazzjonalista tal-elf disa’ mija tmienja u disgħin ħatar il-konsorzju ta’ Skanska biex jaħdem fil-kostruzzjoni tal-isptar.

Fil-fehma tal-Awditur Ġenerali, din is-sensiela ta’ bidliet diżorganizzati ta’ min kien qed jaħdem fuq il-proġett tal-isptar, li ħa sbatax-il sena biex jitlesta, rriflettiet ħażin fuq l-ippjanar u l-kontroll tal-proġett.

 

 

Bieb miftuħ għall-istorja ta’ Malta

Bħala parti mill-ġimgħa ddedikata għas-servizz pubbliku s-siti storiċi u l-mużewijiet li huma f’idejn il-ħarsien ta’ Heritage Malta nfetħu b’xejn għal pubbliku. Warajja dan il-vaxxell tas-seklu tmintax laqat ħafna l-interess ta’ dawk preżenti li żaru dan il-mużew marittimu. Dan il-vaxxell kien jintuża bħala parti mill-edukazzjoni marittima li kienet tagħti l-Ordni ta’ San Ġwann lill-istudenti li jixtiequ jaqbdu karriera fuq il-baħar.

Il-mużew marittimu ġibed lejh l-attenzjoni ta’ bosta li żaru l-belt storika tal-Birgu.Aqra aktar

Patri Mark Montebello ċċensurat – il-Kurja tgħid li ma tafx biċ-ċensura

Patri Mark Montebello magħruf għall-kitbiet tiegħu ġie ċċensurat u mwiddeb mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi li kemm il-darba jagħti intervisti, jikkummenta jew jikteb xi artiklu huwa jitlef is-saċerdozju tiegħu.

Dan joħroġ minn artiklu ppubblikat il-Ħadd filgħodu fil-gazzetta it-Torca li għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena u ta’ kull nhar ta’ Ħadd ippubblikat il-ħsibijiet tiegħu dwar bosta temi.

Iżda mhux hekk ġara dalgħodu. Il-paġna li ssoltu ġġorr il-kolonna popolari tiegħu kienet badja karti, ħlief għal kelma, “Ċensurat”.

Dan l-aħħar ikkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija, għalih żbaljata, ta’ kif qed tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

It-Torċa sostniet li t-theddida u ċ-ċensura fuq Patri Mark ġiet wasslet b’reazzjoni għal din il-kritika.

B’reazzjoni, One News staqsa lill-Arċidjoċesi ta’ MaltaAqra aktar

Eurovision 2019: Tiskatta t-tellieqa għall-belt ospitanti… Ġerusalemm favorita

Sa minn sigħat wara li Netta rebħet il-Eurovision Song Contest għall-Iżrael, bdiet it-tellieqa bejn il-bliet ewlenin fl-Iżrael biex jospitaw il-Eurovision li ġej.

Minkejja li bosta sostnew li din id-darba l-festival se jsir f’Tel Aviv, jidher li l-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm hija l-favorita li tospita l-akbar spettaklu televiżiv.

Is-sindku ta’ Tel Aviv mal-ewwel xejjen spekulazzjonijiet li l-Eurovision se jsir f’Tel Aviv u saħansitra l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu sostna li se tkun Ġerusalemm li tospita l-Eurovision.Aqra aktar

ARA: “Għaddejt minn ħafna sfidi u fl-aħħar irbaħt” – Netta

Wara li rebħet il-Eurovision Song Contest 2018, Netta indirizzat konferenza tal-aħbarijiet li fiha stqarret kemm għaddiet minn sfidi f’ħajjitha u issa ma tistax temmen li waslet biex tirbaħ il-Eurovision.

ARA r-reazzjoni ta’ Netta:

Sadanittant Malta spiċċat fit-tlettax-il post fit-tieni semi-finali. Christabelle ġiet il-ħames mill-vot tal-ġurija iżda l-aħħar mill-vot tal-pubbliku. Il-kantanta l-oħra Maltija, Jessika li rrappreżentat lil San Marino spiċċat fis-sbatax-il post fl-istess semi-finali ta’ nhar il-Ħamis.

Send this to a friend