Edward Montebello

Ħames NGOs jirċievu madwar €300,000 mill-Gvern għal seba’ proġetti differenti

Tliet organizzazzjonijiet volontarji ffirmaw ftehim sabiex jirċievu total ta’ €35,000 kull wieħed mill-Fond ta’ Ko-Finanzjament għall-Għaqdiet Volontarji, li jifforma parti mill-portafoll tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, wara li applikaw b’suċċess jew temmew proġetti f’oqsma differenti b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Jerġgħu jivvelenawlu kelb rebbieħ

L-aqwa kelb f’pajjiżna allegatament ġie vvelenat u miet.

Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, sid il-kelb saħaq li jinsab dispjaċut għall-aħħar wara li skont hu, azzjoni vendikattiva waslet biex inqatel il-kelb tiegħu bl-isem ta’ Omar Pasha.

Fi kliemu l-kelb kien b’saħħtu ħafna u dam għaxar t’ijiem biex miet bil-velenu li bela’.

Aqra aktar

Il-Qattus u l-qarnita tat-tazza tad-dinja

Tiftakruh lil Pawlu l-qarnita li qata’ diversi logħbiet matul it-Tazza tad-Dinja ta’ tmien snin ilu.

Kull edizzjoni riċenti tat-Tazza tad-Dinja saret marbuta ma’ xi annimal li skont uħud ikollu kapaċità li jbassar min se jirbaħ il-logħob milgħub fil-grawnd.

Aqra aktar

Send this to a friend