Edward Montebello

F’Ottubru tasal l-ewwel teknoloġija tal-5G f’Malta

Il-kumpanija Huawei kompliet issaħħaħ l-operazzjoni tagħha f’Malta. Fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-innovazzjoni Silvio Schembri il-kumpanija ffirmat memorandum of understanding mal-Gvern Malti bil-għan li dak li nbeda ftit tas-snin ilu jkompli jissaħħaħ. Permezz ta dan l-MOU, Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li jkollha l-infrastruttura biex tilqa’ t-teknoloġija tal-5G.

F’Ottubru li ġej Malta se jkollha żona li fiha se tiġi użata t-teknoloġija tal-5G.Aqra aktar

Proġett edukattiv li qed iħalli l-frott

Ġewwa l-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli fil-Kulleġġ San Nikola saret taħdita mill-iskejjel imsieħba fil-proġett e-twinning.

Dan il-proġett li fih hemm aktar minn elf u mitejn skola minn madwar id-dinja msieħba fih, joffri kollaborazzjoni bejn diversi skejjel u jinvolvi diversi skambji ta’ studenti.

L-E-Twinning jiftaħ ukoll diversi opportunitajiet għall-istudenti biex joħolqu proġetti innovattivi u edukattivi ferm bħal proġetti tekonoloġiċi, ambjentali u anki kulturali.

F’din it-taħdita, ħdax-il skola minn madwar Malta u Għawdex ingħataw il-premju msejjaħ bħala E-Twinning School Label li jagħti iżjed viżibilità lill-iskola li tkun irċeviet il-premju fid-dinja edukattiva.

Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għandha l-akbar ammont ta’ skejjel li rċevew dan il-premju.

L-Iskola Primarja ta’ Ħal-Lija hija waħda mill-iskejjel li rċeviet dan il-premju hekk kif ilha s-snin parteċipi fil-proġetti ta’ E-Twinning.

Ma’ dan l-istazzjon, il-Kap tal-Iskola sostniet kemm dan il-proġett kien ta’ benefiċċju, mhux biss għall-istudenti imma anki għall-edukaturi.

“Permezz ta’ dan il-proġett kien hemm aktar kollaborazzjoni bejn l-iskejjel t’għalliema differenti minn kulleġġi differenti u allura għandek ideat diversi fuq l-użu ta’ teknoloġija diġitali wkoll biex aħna dejjem intejbu l-prodott tat-tagħlim, it-teacher dejjem tkun innovattiva ħalli t-tfal iktar ikunu impenjati fil-lezzjonijiet.”

Frodista daħqet b’kulħadd inkluż b’Uffiċjal tal-Probation

L-imħallef Giovanni Grixti ċaħad l-appell li għamlet Annabelle Camilleri Monreal li weħlet seba’ xhur ħabs fuq frodi.

Fil-Qorti ntqal kif Camilleri Monreal daħket b’kullħadd, saħansitra bl-uffiċjal tal-probation.

Intqal kif il-mara għandha sensiela ta’ każijiet fejn frodat diversi nies fosthom fuq kiri t’appartament.

Hija anki kienet nfaqgħet tibki fl-awla u gidbet li kienet tqila.

Niġerjan jeħel tmien snin u nofs ħabs fuq droga

Niġerjan ta’ 34 sena li erba’ snin ilu, hu u niżel mill-vapur minn Sqallija għal Malta sabulu żewġ kilo kannabis weħel tmien snin u nofs ħabs.

Inizzjalment, Martin Aghanti ċaħad l-akkużi fuq traffikar tad-droga iżda meta kien se jibda ġuri biddel fehemtu u ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Fil-Qorti ntqal li sar tiftix fuq il-bagalja tan-Niġerjan u nstabu affarijiet suspettużi fil-ġkieket li kellu.

Intqal ukoll li d-droga li nstabet kienet tlaħħaq il-valur ta’ ftit aktar minn tmienja u erbgħin elf ewro.

Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, in-Niġerjan intalab iħallas multa ta’ għoxrin elf ewro.

Send this to a friend