Edward Montebello

Notifiki

Tinħatar l-ewwel mara li se tmexxi Hong Kong

Carrie Lam inħatret bħala l-mexxejja l-ġdida ta’ kumitat amministrattiv li jmexxi l-istat semi-awtonomu ta’ Hong Kong.

Hong Kong li jirrispondi direttament il-Gvern Ċiniż ibbażat fil-kapitali Beijing se jkollu għall-ewwel darba mara tmexxih.

Carrie Lam kienet mistennija li tiġi eletta wara li kellha l-appoġġ sħiħ mill-Gvern Ċiniż.

Aqra aktar

L-EBU trid ir-Russja fil-Eurovision akkost ta’ kollox

F’mossa li tista’ tiġi interpretata bħala waħda li tisfida d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ukreni, l-EBU qalet li lesta tingħaqad mar-Russja permezz tas-satellita u turi l-kanzunetta Russa fil-Eurovision li ġej.

Dan intqal wara li fl-aħħar sigħat l-awtoritajiet Ukreni ħabbru li l-kantanta Russa Julia Samoilova mhux se titħalla tirfes l-art Ukrena minħabba li tlett snin ilu kantat fil-Krimea.

L-EBU, l-organizazzjoni li tissorvelja l-proċess kollu tal-Eurovision qalet li offriet l-idea li l-istazzjon Russu jingħaqad permezz tas-satellita biex tixxandar il-kanzunetta tar-Russja waqt it-tieni semi-finali tal-Eurovision.

Aqra aktar

L-Ukrajna tagħlaq il-bieb għal kantanta Russa fil-Eurovision

Wara li konna rrapurtajna l-kontroversja tal-għażla Russa għall-Eurovision, l-awtoritajiet Ukreni kkonfermaw li r-rapreżentanta tar-Russja għal din is-sena mhux se titħalla tidħol fl-Ukrajna biex tipparteċipa fil-Eurovision li ġej.

Aktar kmieni dan ix-xahar l-istazzjon Russu Channel One ħabbar li se jibgħat kantanta li kantat f’kunċert li sar fil-Krimea sentejn ilu.

Dik deskritta bħala mossa politika mill-Gvern ta’ Moska, Julia Samoilova kienet intgħażlet biex tirrapreżenta lir-Russja f’pajjiż li tqattgħu l-karti minn miegħu.

Aqra aktar

Regolamenti ġodda għall-irziezet tal-ħut

Wara l-azzjonijiet li l-Gvern ħa fl-aħħar xhur fil-konfront tal-operaturi tal-fishfarms, fiż-żmien li ġej id-Dipartiment tas-Sajd mistenni joħroġ regolamenti ġodda għall-Akwakultura.

Dan sostnieh il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera waqt li kien qed jitkellem dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent marittimu, f’laqgħa oħra mis-sensiela Gvern li Jisma’.

Aqra aktar

Kontroversja dwar l-għażla Russa fil-Eurovision

Sigħat qabel jagħlaq iż-żmien li l-pajjiżi li se jipparteċipaw fil-Eurovision li ġej kellhom jissottomettu l-kanzunetti tagħhom, ir-Russja ħabbru li se jibagħtu kantanta li kantat f’kunċert li sar fil-Krimea sentejn ilu. Dik deskritta bħala mossa politika mill-Gvern ta’ Moska, l-istazzjon Russu Channel One għażel lil Julia Samoilova biex tirrapreżenta lir-Russja f’pajjiż li qattgħet l-karti miegħu.

Aqra aktar

Ġurnalist Malti fil-Polonja jikkummenta dwar l-MEP Pollakk li tkellem kontra n-nisa

Wara li Membru Parlamentari Ewropew Pollakk ħadha qatta’ bla ħabel kontra n-nisa ONE.COM.MT ħa l-kummenti ta’ ġurnalist Malti ibbażat fil-Polonja.

Roberto Galea li ilu sa mill-2004 jaħdem ma’ Polskie Radio (l-istazzjon nazzjonali tar-radju fil-Polonja) tkellem magħna dwar Janusz Korwin-Mikke, il-politiku eċċentriku.

Tista’ tisma’ l-kummenti tal-ġurnalist Malti hawn isfel.

Aqra aktar

Jitfu n-nirien iżda mhux il-fjamma tagħhom

Fl-1972 kienu Joe Cutajar u Helen Micallef li kantaw dwar l-imħabba iżda l-imħabba m’hiex biss bacio, kiss jew bewsa.

L-imħabba hi bħal fjamma tixgħel bla rażan u li minkejja l-maltemp u s-saram, bosta jgħidu li trid tibqa’ tiġi mkebbsa.

Dan kien is-sentiment espress minn Jonathan u Melanie.

Koppja Maltija, it-tnejn bl-uniformi tal-Protezzjoni Ċivili għax fost l-oħra jitqabbdu man-nirien u jagħmlu dik ix-xi ħaġa ta’ ġid mas-soċjeta’.

Jonathan li llum jaħdem bħala full time mal-Protezzjoni Ċivili u Melanie li tagħti s-servizz tagħha bħala voluntiera spjegaw kif iltaqgħu.

Aqra aktar

Send this to a friend