Edward Montebello

Notifiki

Negozjant kbir jgħid li Malta tista’ tkun ċentru ta’ investiment fl-Ewropa

Din il-gżira ċkejkna tista’ tħabbatha ma’ Singapore u ssir ċentru ta’ investiment barrani fl-Ewropa.

Dan sostnieh, Mark Weingard, investitur Ingliż ta’ fama internazzjonali ma’ The Business Observer.

Weingard li fl-aħħar snin investa sew f’pajjiżna, fosthom fil-kapitali ta’ pajjiżna kellu kliem sabiħ għal mod kif Malta tattira l-investiment barrani.

Aqra aktar

Destiny tagħmilha fi Britain’s Got Talent

Kollox jindika li Destiny Chukunyere għamlitha għal Britain’s Got Talent.

Fl-aħħar jiem il-kantanta b’vuċi stupenda kienet f’Londra u informazzjoni li għandu f’idejh one.com.mt turi li Destiny se tkun qed tidher fil-programm Britain’s Got Talent li se jixxandar illejla fl-Ingilterra fuq ITV.

Aqra aktar

Il-Portugiżi entużjasti għas-sena d-dieħla… l-Eurovision aktarx f’Lisbona

F’inqas minn 48 siegħa wara li l-Portugall rebaħ għall-ewwel darba l-Eurovision Song Contest, il-preparamenti għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla diġa bdew. Filfatt f’rapporti fil-mezzi tax-xandir Portugiżi, id-direttur ġenerali tal-istazzjon nazzjonali Portugiż RTP, Nuno Artur Silva ġie kwotat jgħid li l-għażla tal-belt ospitanti se tkun il-kapitali.

Għalkemm jidher li seta’ kien hemm interess minn bliet bħal Porto, li xtaqu jospitaw il-Eurovision, kollox jindika li Lisbona se tkun qed tospita t-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Silva żied jgħid li l-budget għall-organizazzjoni ta’ dan il-festival mistenni jlaħħaq it-30 miljun ewro u l-flus se jiġu minn fondi pubbliċi, reklamar u l-miżati li jidħlu mill-pajjiżi li se jipparteċipaw.
Intant MEO Arena, li tinsab ftit ‘l bogħod mill-ajruport internazzjonali ta’ Lisbona mistennija tkun is-sala fejn se jsir il-Eurovision.

Is-sala li tesa’ 20,000 ruħ hija ideali biex tilqa’ fiha dan l-avveniment. Dawn l-iżviluppi immedjati mill-Portugall jikkuntrastaw bil-kbir mal-organizazzjoni Ukrena li sa ftit tax-xhur ilu kien għad kellha intoppi kbar fuq kif se jitella’ l-festival.

Wara r-rebħa ta’ Salvador Sobral, l-entużjażmu fost il-Portugiżi huwa kbir u bosta sostnew li jridu jospitaw il-Eurovision bl-aħjar mod. Intant hawn isfel tista’ tara ritratt tal-folla ta’ nies li nġabret il-mitjar biex tagħti merħba t’eroj lil Sobral hekk kif wasal lura l-Portugall.

Aqra aktar

Tmut Maria Said, għexet ħajjitha kollha f’Kemmuna

Tħabbret il-mewt ta’ Maria Said, waħda mir-residenti ta’ Kemmuna.

Fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Kemmuna’ ntqal li Maria Said ta’ disgħin sena mietet wara li għamlet ħajjitha kollha tgħix fuq il-gżira ta’ Kemmuna.

Bil-mewt ta’ Maria fadal biss tliet persuni li jgħixu b’mod permanenti fuq xiber art bejn Malta u Għawdex.

Aqra aktar

ŻBALL F’SANREMO JUNIOR MALTA: Tirċievi t-trofew iżda kellha tgħaddih lura

Tifla li kienet dikjarata bħala waħda mir-rebbieħa fl-ewwel tlett postijiet ta’ Sanremo Junior 2017 kienet kostretta tgħaddi t-trofew lil tifla oħra wara żball fit-tħabbira tar-riżultati.

Fis-sala tal-iskola Sant’Agata, nhar is-Sibt ixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali, is-selezzjoni tal-festival Malti għal Sanremo Junior.

F’kummenti ma’ one.com.mt, l-organizzatriċi tal-festival, Antonella Vassallo spjegat li fit-tielet kategorija kien hemm żball meta ssejħet il-kantanta propja li kellha tikseb il-premju iżda ġie mgħajjat ħażin it-titlu tal-kanzunetta abbinata mal-kantanta.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba jiltaqa’ l-Kunsill tar-Regolaturi

F’Kastilja tlaqqa’ għall-ewwel darba il-Kunsill tar-Regolaturi taħt it-tmexxija tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija Anthony Agius Decelis.

Dan il-Kunsill li qed ilaqqa’ r-regolaturi kollha biex jikkordinaw aħjar il-ħidma tagħhom kien propost li jitwaqqaf fl-elfejn u ħdax bħala parti mill-Att dwar l-intrapriżi ż-żgħar u medji, iżda kien issa bir-rieda ta’ dan il-Gvern li beda jiltaqa’.

Fil-ftuħ ta’ din il-laqgħa, iċ-Chairman Anthony Agius Decelis spjega kif bil-liġi, dan il-Kunsill għandu mandat biex jiltaqa’ tlett darbiet f’sena u saħaq li fejn hemm materji li r-regolaturi għadhom ma indirizzawx dawn jiġu indirizzati f’qafas regolatorju li jiltaqa’ taħt kappa waħda.

Aqra aktar

‘Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju’

“Kull każ jgħodd. L-idea tagħna hi li ngħinu lil kull persuna tiżviluppa l-potenzjal kollu tagħha.”

Dan il-ħsieb wara l-Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju organizzata mis-Segretarjat Assistenza Soċjali Azzjoni Kattolika. Din hija ġimgħa li fiha kulħadd hu msejjaħ biex fis-sagrifiċċju tiegħu jew tagħha, jaħseb ftit fil-proxxmu.

Segwi d-dettalji hawn.

Aqra aktar

Illejla l-Passjoni fuq is-Salib tal-Għolja

Illejla huma bosta li jduru s-seba’ visti iżda hekk ukoll huma ħafna li jaqbdu t-triq lejn ir-raħal tas-Siġġiewi u jmorru fuq it-telgħa tas-Salib tal-Għolja.

Apparti l-mixgħela, li tispikka b’aktar minn elf fjakkola, se jittella’ dramm li dawk preżenti se jkunu jistgħu jirreletaw aktar mal-persunaġġi tal-akbar ġrajja.

Aqra aktar

Send this to a friend