Edward Montebello

Notifiki

Wara sajf jaħraq għall-PN bħalissa qed issir l-elezzjoni għal Kap

Wara sajf sħiħ ta’ intriċċi, diżgwid u attakki, illum qed issir il-votazzjoni għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-votazzjoni fetħet fit-tmienja ta’ dalgħodu fuq il-Fosos tal-Floriana, fl-MFCC Ta’ Qali u f’Ta’ Sannat Għawdex.

Filwaqt li f’Għawdex il-votazzjoni ħa tagħlaq fit-tmienja tal-lejla, f’Malta l-votazzjoni se tintemm fid-disgħa ta’ filgħaxija.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Pjan biex l-enerġija tiġi ġġenerata mill-iskart

Fl-ewwel mitt jum tiegħu, il-Gvern ħabbar proġett li bih se tiġi ġġenerata l-enerġija mill-iskart.

Fl-isfond tas-sbuħija tal-Imdina, il-Ministru għal Ambjent Jose’ Herrera saħaq li fid-dawl li l-miżbla tal-Għallies kull ma tmur qed timtela’ tant li fadlilha biss sentejn oħra, ħa azzjoni importanti.

Spjega li ħatar Kummissjoni magħmula fost l-oħrajn minn ambjentalisti bħal Professur Edward Mallia u qal li sal-aħħar ta’ din is-sena trid tħejji rapport ta’ kif se jitwettaq il-proġett.Aqra aktar

ESKLUSSIVA: Baħar ta’ inkwiet għal żewġ ġuvintur Maltin bi drone fl-Italja

Żewġ żgħażagħ Maltin daħlu f’baħar ta’ inkwiet wara li fl-aħħar jiem ġew arrestati mill-pulizija f’Ruma wara li tajru drone fuq il-Kolossew.

Iż-żgħażagħ ta’ sbatax-il sena kienu fuq btala t’avventura f’Ruma meta nhar it-Tnejn li għadda wieħed minnhom tajjar id-drone fuq il-Kolossew, fiċ-ċentru tal-kapitali Taljana.Aqra aktar

L-imsieħba soċjali b’ 130 proposta għall-Budget 2018

L-imsieħba soċjali ddiskutew mal-Gvern il-proposti tagħhom għal baġit tal-elfejn u tmintax.

F’laqgħa mal-MCESD, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq li l-Gvern u l-imsieħba soċjali qegħdin fuq l-istess linja, u dan fid-dawl tal-klima ekonomika pożittiva li għandu pajjiżna.

Min-naħa tagħhom l-imsieħba soċjali lkoll jaqblu li hemm bżonn li jkollna viżjoni li nħarsu fit-tul.Aqra aktar

Stennija għall-eżitu tal-investigazzjoni dwar Delia

Aktar tard illum mistennija d-deċiżjoni tal-kumitat konsultattiv dwar l-imġiba u l-etika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ Adrian Delia.
Dan wara li l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista poġġa taħt investigazzjoni lil Delia, kontestant għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-kumitat jinsab fdat f’idejn Louis Galea, persuna li taf kull rokna tal-istamperija, b’esperjenza kbira fil-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Lest li jitlaq mill-partit

Meta diġà vvutaw mija u tmienja u għoxrin kunsillier fil-votazzjoni bikrija u lejliet l-ewwel rawnd tal-elezzjoni tas-Sibt, Frank Portelli ddikjara li lest jirriżenja u jitlaq mill-Partit Nazzjonalista. 

Aqra aktar

SISTEMA TAL-OPERAT ĠDIDA FIL-PORT ĦIELES

L-għodwa ta’ Santa Marija hija waħda mill-ħamest ijiem li l-Port Ħieles ma joperax iżda din is-sena kienet differenti hekk kif it-tekniċi involuti fil-qalba tas-sistema l-ġdida li biha jopera wkoll iċ-ċaqliq tal-kontejners ħadmu bla heda biex l-għada, il-Port Ħieles reġa’ beda jopera normali.

Stephen Calleja li spjega kif taħdem l-aħħar sistema l-ġdida saħaq magħna fuq il-vantaġġi li qed iġġib magħha din is-sistema Navis N4.

Aqra aktar

Send this to a friend