Edward Montebello

Notifiki

Imutu ċ-ċkejknin sijamiżi fis-Sirja

Iż-żewġ subien sijamiżi li twieldu x-xahar li għadda fil-qalba tal-kunflitt imdemmi fis-Sirja, mietu. Organizazzjoni filantropika qalet li l-ulied Nawras u Moaz kienu qed jistennew id-dokumenti meħtieġa ħalli jiġu msiefra barra mill-pajjiż biex jirċievu trattament mediku.

Jiżnu ftit iżjed minn ħames kilogrammi flimkien, iż-żewġ trabi twieldu ftit ‘l bogħod mill-kapitali Damasku u kienu magħqudin minn sidirhom. It-trabi flimkien mal-familthom tħallew jiġu evakwati minn Douma, post fejn kien għaddej il-ġlied iżda bis-sitwazzjoni tas-saħħa xejn tajba fil-pajjiż, ftit kien hemm futur għal ħajjet dawn iż-żewġ ċkejknin.

Aqra aktar

Diżappuntat b’Simon Busuttil

Matul it-tmexxija tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil mhux biss falla mit-testijiet elettorali kollha iżda anki beda jitlef il-fiduċja minn ta’ madwaru.

Kien imiss issa lil Ivan Bartolo, negozjant u bniedem qrib sew ta’ Busuttil li ħassu urtat b’dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista, li quddiem in-nies jgħid mod u minn wara l-kwinti jagħmel mod ieħor.

Aqra aktar

Suċċess kbir għal ktieb dwar Malta

Ktieb li meta taqrah isaħħrek iżjed dwar is-sbuħija tal-gżejjer Maltin qed jagħmel suċċess kbir. Il-ktieb ta’ Paddy Cummins ‘In Love With Malta (The Hidden Treasures)’ diġà jinsab mal-ewwel mitt ktieb turistiku popolari, wara li ilu biss ftit jiem li ġie ippubblikat.

L-awtur li jqatta’ ħafna mis-sena ġewwa gżiritna huwa kittieb prolifiku u kellu bosta suċċessi f’kotba passati li ħareġ. L-aħħar ktieb fuq Malta li jinsab anki għall-bejgħ fuq l-internet, jitfa’ dawl fuq postijiet sbieħ iżda forsi mhux daqstant imfittxija f’Malta, Għawdex u Kemmuna.

Aqra aktar

Imħabbar il-programm ta’ Spazju Kreattiv

Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu ġie imħabbar il-programm ta’ Spazju Kreattiv għal bejn Settembru li ġej u Lulju tas-sena d-dieħla.

Se jkunu għaxar xhur li fihom se nkomplu naraw prestazzjonijiet multi-dixxiplinarji, kunċerti mużikali u wirjiet tal-arti li se jkomplu jixprunaw il-kreattività artistika f’pajjiżna.

F’dawn l-aħħar xhur spikka l-interess ta’ bosta li ressqu s-sottomissjonijiet tagħhom sabiex ikunu parti minn Spazju Kreattiv. Mill-applikazzjonijiet kollha ntgħażlu sittin proġett li jkopru mal-ħmistax-il forma t’espressjoni artisitika differenti.

Barra minn hekk, din is-sena wkoll mistennija tingħata importanza kif jixraq lil wirt artistiku u kulturali tal-aħħar seklu li għadda.

Aqra aktar

Ir-realtà ta’ min ikun irrapportat nieqes KWAŻI KULJUM

Ikun hemm min ikun irrapportat nieqes kważi kuljum. Din hi realtà li żvelat l-ispettur Paula Ciantar.

Spjegatilna li bħalissa hemm 416-il persuna irrapportat nieqsa, madanakollu wieħed irid ikun prudenti mill-interpretazzjoni ta’ fatti bħal dawn. Jista’ jagħti l-każ, per eżempju, li persuna tkun irrapportata nieqsa iżjed minn darba. Hemm każijiet ta’ persuni minorenni li jkunu f’care homes u jkollhom ċertu ħinijiet biex jidħlu lura. Meta ma jagħmlux dan, jkunu irrapportati lill-Pulizija.

Tkellimna mal-ispettur dwar x’jiġri jekk persuna ddum snin, ġieli deċennji, irrapportata nieqsa. Spjegatilna li biex jingħalaq rapport, il-persuna tkun trid tkun identifikata wiċċ imb’wiċċ.

L-ammont ta’ persuni rrapportati nieqsa bħalissa huwa normali, jekk mhux taħt il-medja. Filfatt, normalment, ikun hemm medja ta’ bejn 450 u 500 persuna nieqsa f’kull ħin.

Segwu l-intervista sħiħa hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend