Edward Montebello

Notifiki

Il-kantanti lesti għall-prova ġenerali tal-Malta Eurovision 2018

Kollox jinsab lest biex ftit tal-minuti oħra tibda l-prova ġenerali tal-Malta Eurovision Song Contest 2018. Lejliet dan l-avveniment tant mistenni minn bosta, il-parteċipanti jinsabu eċitati biex jagħtu wirja tajba.

Ir-rebbieħ/a t’għada se jintgħażel permezz ta’ 50% tal-vot tal-ġurija u 50% oħra mill-vot tal-pubbliku. ONE News huwa infurmat li se jkunu ħames membri tal-ġurija u allura dawn se jkollhom għaxra fil-mija kull wieħed fuq spallejhom.

Ta’ Maġġi jxejnu l-allegazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija il-grupp Ta’ Maġġi xejnu għal kollox l-artiklu mimli allegazzjonijiet ta’ Ivan Camilleri fil-ħarġa ta’ The Times tal-lum u f’dik tas-Sunday Times tal-Ħadd li għadda.

It-Times sostniet li art f’żona magħrufa aħjar Tal-Barmil fix-Xewkija li qed tinbidel f’park industrijali ingħatat lil Ta’ Maġġi mingħajr għoti ta’ tender.

Madankollu Ta’ Maggi sostnew li kien il-Ministru ta’ dak iż-żmien, Tonio Fenech li talabhom biex jiżviluppaw park industrijali fix-Xewkija.

Filfatt il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien anki inkluda l-proġett tax-Xewkija, li semma Ivan Camilleri, f’diskors tal-baġit.

Wara bidla fil-Gvern, Ta’ Maġġi reġgħu bdew bid-diskussjonijiet dwar il-park industrijali tax-Xewkija. Ta’ Maġġi spjegaw li sa issa l-art tax-Xewkija ġiet trasferita mill-Malta Industrial Parks f’isem il-Gvern għal Ta’ Maġġi b’ċens temporanju.

Ta’ Maġġi saħqu li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ interessi oħra bejn il-Gvern u l-kumpanija. Il-kumpanija spjegat li hi ma tibniex parks industrijali iżda tqabbad kuntratturi biex jiżviluppaw dan.

Proġett li se joħloq ix-xogħol f’Għawdex

B’reazzjoni għall-artiklu ppubblikat fis-Sunday Times dwar art industrijali li ngħatat fl-inħawi magħrufa bħala tal-Barmil, fix-Xewkija, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar wieġeb billi saħaq li l-proġett imsemmi huwa parti mill-Malta Industrial Parks.

Fakkar li kull proġett propost mill-Malta Industrial Parks jiġi kkunsidrat fil-mertu tiegħu.

Aqra aktar

Ħatra kontra l-istatut tal-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla bis-sensiela ta’ manuvri fl-istamperija biex kompla jurta lil bosta fazzjonijiet li għandu ma’ wiċċu fosthom anki dawk li appoġjawh biex sar Kap.

Il-gazzetta Kullħadd irrapurtat li wara r-riżenja ta’ David Bonello li telaq bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa wara ġlied intern fosthom mas-Segretarju Ġenerali  Clyde Puli, inħatar Jesmar Baldacchino bħala Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.

B’pakkett finanzjarju li jqarreb l-erbgħin elf ewro fis-sena, mkejjen fid-Dar Ċentrali sostnew li Baldacchino nħatar bi ksur sfaċċat tal-istatut.

Intqal li Delia qed jinjora l-istrutturi tal-Partit tiegħu stess, fosthom l-istatut li jgħid b’mod ċar li d-Direttur Informazzjoni jinħatar mill-Kunsill Amministrattiv fuq rakkomdandazzjoni tas-Segretarju Ġenerali, li jkun approvat mill-Eżekuttiv.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Proġetti ta’ tisbiħ jagħtu libsa ġdida lill-Belt Valletta

Il-kapitali tagħna għaddiet minn rinaxximent, fis-sens li f’dawn l-aħħar snin għaddiet minn riġenerazzjoni sħiħa. Il-Belt Valletta ngħatat libsa li jixirqilha b’għadd ta’ proġett ta’ restawr li tlestew u oħrajn għadhom għaddejjin biex ikomplu jsebħu l-belt.

Fost il-proġetti kien hemm ir-restawr tal-faċċata ta’ Kastilja u riġenerazzjoni tal-Pjazza Kastilja fost bosta aktar.

Aqra aktar

Jason Azzopardi jammetti li kellu email privat fuq ismu iżda jgħid li mhux tiegħu

Meta llejla kompla jiltaqa’ l-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi b’rabta mal-ftehim skandaluż li sar fuq l-art ta’ Spinola fi żmien li Jason Azzopardi kien responsabbli mill-artijiet, id-deputat Nazzjonalista nqabad jgħid affarijiet mhux veritiri.

Dan wara li dawn l-affarijiet, Jason Azzopardi qalhom f’dikjarazzjoni ġuramentata.Aqra aktar

Assigurazzjoni tal-provvista tal-elettriku u l-gass

Waqt stqarrija Ministerjali konġunta bejn il-Ministru Joe Mizzi u l-Ministru Konrad Mizzi, tal-aħħar qal li l-ftehim magħruf bħala s-security of supply tal-impjant il-ġdid tal-gass f’Delimara ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea fil-jiem li għaddew.

Il-Ministru Konrad Mizzi spjega li kien meħtieġ li l-Gvern jipprovdi sigurtà tal-provvista f’każ li jiġri xi ħaġa l-Enemalta u b’hekk tkun assigurata l-provvista tal-elettriku u l-gass.

Fil-Parlament, il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Gvern innotifika b’dan kollu lill-Kummissjoni Ewropea peress li dan seta’ kien meqjus bħala għajnuna mill-istat u għalhekk ikun jeħtieġ il-barka tal-Unjoni Ewropea.

F’dan il-kuntest, il-Ministru saħaq li wara proċess rigoruż fejn il-Gvern ta d-dettalji kollha lill-Kummissjoni Ewropea, din approvat il-ftehim tas-security of supply.

Sadanittant il-Ministru Joe Mizzi tkellem fuq il-proġett tal-pipeline tal-gass.

Hawnhekk huwa ta dettalji ta’ kif tqabbdet kumpanija Belġjana biex identifikat ir-rotta għall-pipeline minn Sqallija għal Malta.

Il-Kumpanija tar-riċipetti tar-Reġina, tgħaxxaqha

Kumpanija li kienet tissuplixxi l-ħwejjeġ ta’ taħt fosthom ir-riċipetti tar-Reġina Eliżabetta II, tilfet il-liċenzja irjali.

Rigby & Peller tilfet iċ-ċans li tkompli tissuplixxi dak kollu li jaħbi s-sigrieti tal-Maestà tagħha wara li kixfet informazzjoni sensittiva fi ktieb li ġie ppubblikat.

L-informazzjoni fost l-oħrajn titfa’ dawl fuq il-qisien u d-daqs ta’ ċertu ħwejjeġ ta’ taħt fosthom ir-riċipetti li jilbsu dawk li jgħixu f’Buckingham Palace.

Il-ktieb bl-isem ta’ Storm in a D-Cup wassal biex il-kumpanija tiksirha bil-kbir mar-reġina. Rigby & Peller ilha sa mill-1960 bil-liċenzja irjali.

Send this to a friend