Edward Montebello

Notifiki

Jerġa’ jinqala’ l-inkwiet f’Katalunja

F’Katalunja, numru ta’ dimostranti kienu involuti fi ġlied mal-forzi Spanjoli wara li l-Qorti suprema ordnat li ħamsa u għoxrin mexxej Katalan għandhom jgħaddu ġuri mixlija li ppruvaw joħolqu ribelljoni kontra l-istat Spanjol.

Kemm il-darba dawn il-mexxejja jinstabu ħatja, uħud minnhom jistgħu jeħlu sa tletin sena ħabs.

Madwar għoxrin persuna ndarbu wara l-pulizija kellha tuża l-lembubi biex tferrex il-folol li nġabru biex jopponu d-deċiżjoni tal-Qorti.

Aqra aktar

L-Imdina mixgħula blu b’kuxjenza dwar l-awtiżmu

Il-belt antika ta’ Malta, l-Imdina mixgħula bid-dawl ta’ lewn blu.

Dan id-dawl simboliku qed iqajjem kuxjenza dwar l-awtiżmu.

Il-Ħamis filgħaxija ċ-chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat xegħlet b’dan id-dawl, is-swar tal-Imdina u anki lill-Casino Notabile fir-Rabat.Aqra aktar

Mons Xuereb ikkonsagrat Isqof mill-Papa

F’ċelebrazzjoni kkonċelebrata mill-Papa Franġisku nnifsu ġewwa l-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma, Monsinjur Alfred Xuereb ġie kkonsagrat Isqof Titulari t’Amantea, fl-Italja.

Biex ftit tal-ġimgħat oħra, il-Monsinjur Għawdxi se jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lil Gvern tal-Korea t’Isfel hekk kif se jkun in-Nunzju Appostoliku għal dan il-pajjiż.Aqra aktar

Iħabbar li l-kumpanija Malta Air Travel tikseb il-liċenzja uffiċjalment

Waqt il-ftuħ tal-fiera tal-ivvjaġar, l-Amitex, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li l-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel issa uffiċjalment ġabet il-liċenzja u hi rikonoxxuta bħala kumpanija ta’ linja tal-ajru.

Il-Ministru Mizzi qal li dan l-iżvilupp huwa importanti għaliex issa bil-mod, il-mod l-assi strateġiċi tal-Airmalta se jgħaddu għand din il-kumpanija tal-Gvern sabiex jibqgħu issalvagwardjati fl-interess nazzjonali.

Il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar ukoll li Paul Bugeja se jħalli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn nhar it-Tnejn li ġej se jsir il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Air Travel.

Aqra aktar

Eluf iżuru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien

Aktar minn mitt sena li ġew skavati dawn it-tempji li hawn warajja ġewwa Ħal Tarxien, Heritage Malta li tieħu ħsieb dan is-sit storiku fetħet il-bibien biex in-nies iżuruhom mingħajr ħlas.

Kienu aktar minn sitt t’elef li fil-jum tal-Ħadd żaru t-tempji megalitiċi ta’ Ħal Tarxien.

Bosta familji bit-tfal u anki anzjani daru dawn it-tempji li kienu nstabu minn Sir Temi Zammit.

Aqra aktar

Imeri s-sewwa magħruf

F’nofs siegħa jħambaq kontra l-Gvern u kontra kull suċċess miksub mill-poplu Malti u Għawdxi, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia semma kif il-Gvern ma joħloqx ġid.

L-għada li żewġ aġenziji internazzjonali ta’ kreditu, DBRS u Moody’s taw ċertifikat ta’ eċċellenza għall-ekonomija Maltija, Delia qal hekk quddiem il-partitarji tiegħu.

Il-Kap tal-PN qal “Huma żbaljati ċ-ċifri u l-figuri.”

Delia kompla fejn ħalla qabel jiġifieri attakka l-investiment fis-settur tas-saħħa tal-kumpanija rinomata Amerikana Steward Healthcare.

Delia qal “Dan in-negozju maħmuġ.”Aqra aktar

Miżuri li jwasslu għal tkabbir ekonomiku

Quddiem numru t’akkademiċi u studenti fl-Università ta’ St. Andrews fl-Iskozja, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-politika ekonomika progressiva ta’ Malta.

Spjega kif din wittiet it-triq għal tkabbir ekonomiku u ħarsien soċjali.

Fl-Iskozja, il-Prim Ministru rrimarka għall-fatt li l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu tkellmu b’vuċi qawwija dwar l-ekonomija b’saħħitha ta’ Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend