Edward Montebello

Notifiki

ARA: Steve Aoki lura Malta – din id-darba għal Unite Tomorrowland

Aħbar tajba għal dawk li jsegwu x-xena tal-ispettaklu hekk kif id-DJ Amerikan ta’ fama mondjali Steve Aoki se jkun f’Malta.

Wara li sentejn ilu kien fl-Isle of MTV, issa se jkun bħala parti mill-avveniment internazzjonali Tomorrowland.

Għal sena oħra, Malta se tkun qed tospita l-avveniment Unite with Tomorrowland nhar it-tmienja u għoxrin ta’ Lulju.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar li għandha ġġib iżjed turisti lejn dan l-avveniment f’ Malta.

Aqra aktar

Christabelle se tkanta fin-numru 12

Christabelle se tkun qed tkanta fin-numru 12, fit-tieni semi-finali tal-Eurovision Song Contest.

L-ambaxxatriċi Maltija għal Eurovision se tkun qed tikkompeti f’semi-finali meqjus bħala diffiċli.

Qabel Malta hemm il-Polonja filwaqt li wara Malta, hemm il-grupp ta’ mużika rock mill-Ungerija.

Aqra aktar

Żagħżugħ ta’ 18-il sena l-isptar wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ tmintax -il sena ttieħed l-isptar għal kura wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident b’karozza f’San Pawl il-Baħar.

Il-ġuvni minn Pembroke kien qed isuq karozza Volkswagen Golf fi Triq Burmarrad meta għal ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ dalgħodu tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’siġra u l-karozza waqfet ma’ bieb ta’ garaxx.

Aqra aktar

Send this to a friend