Edward Montebello

Żieda fin-nefqa soċjali tal-Gvern fl-ewwel sitt xhur… il-pensjonanti l-aktar li gawdew

In-nefqa soċjali tal-Gvern matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienet ta’ €27.4 miljun aktar mill-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra.

Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, turi li din iż-żieda ġiet l-aktar miż-żieda oħra li ta l-Gvern din is-sena fil-pensjonijiet.

In-nefqa soċjali bejn Jannar u Ġunju li għadda laħqet il-€582.8 miljun.Aqra aktar

Irid jibdel id-dinja f’disgħin jum… ġurnalisti jinnutaw kif bil-fatti għamel mod ieħor

Artiklu tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fuq is-Sunday Times kompla jixhed il-messaġġ partiġjan tal-Partit Nazzjonalista wara l-eżitu tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, l-FATF.

Fuq it-Times, il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb fuq li hu jkun fil-Gvern u f’disgħin jum joħroġ lil Malta mill-proċedura t’aktar moniteraġġ, wara li kien hu stess li bagħat ittra lill-FATF qabel id-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni u li fiha indika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża.

Aqra aktar

Fiduċja b’saħħitha fil-PM u fil-mod kif il-Gvern qed imexxi waqt pandemija – stħarriġ tat-Times

Stħarriġ ikkummissjonat mit-Times juri fiduċja b’saħħitha fil-Prim Ministru Robert Abela fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u fil-Partit Laburista fuq il-Partit Nazzjonalista.

L-istħarriġ ippubblikat fis-Sunday Times u magħmul bejn is-Sibt 17 ta’ Lulju u l-Erbgħa 21 ta’ Lulju fost ftit aktar minn sitt mitt ruħ juri wkoll fiduċja fil-ħidma tal-Gvern preżenti waqt pandemija.

L-isħarriġ juri lil Robert Abela fdat minn 44% filwaqt li Bernard Grech huwa fdat minn 17%.

Aqra aktar

Send this to a friend