Edward Montebello

Notifiki

Il-PN jilmenta fuq l-istedina ta’ Lydia Abela f’Serataron

Programm ta’ divertiment il-Ġimgħa filgħaxija fuq ix-xandir nazzjonali spiċċa jkun suġġett ta’ ilment mill-Partit Nazzjonalista għaliex fih kien hemm mistiedna mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela.

Il-Partit Nazzjonalista organizza konferenza tal-aħbarijiet barra l-bini tax-xandir nazzjonali fi Gwardamangia u li kienet indirizzata mid-Deputat Nazzjonalista David Thake.Aqra aktar

Wara t-tħabbira tat-tieni rawnd ta’ vouchers jgħid li tberbqu l-flus

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jgħid li l-Gvern berbaq il-flus waqt pandemija.

F’diskors ieħor politiku dwar il-pandemija, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem fil-Parlament wara li l-Prim Ministru ħabbar li mis-sebgħa ta’ Ġunju, il-poplu se jkun jista’ juża l-vouchers wara li l-Gvern se joħroġ it-tieni rawnd b’injezzjoni ekonomija ta’ ħamsa u erbgħin miljun ewro.

Quddiem miżuri oħra bħal tal-Covid Wage Supplement u miżuri oħra li jinċentivaw biex jiġu t-turisti f’pajjiżna, Bernard Grech sostna li l-Gvern berbaq kollox u ma ġerraħx il-fatt li s-surplus sewa mitqlu deheb waqt pandemija.

Grech stqarr: “Biex iġġieled il-pandemija allura uża dawk il-ħafna miljuni li qalulna illi rnexxielhom iġibu b’surplus. U allura dan ġara Sur President għaliex il-Gvern berbaq kollox.”

BIL-FILMAT: Dan ix-xahar it-tilqima se tkun offruta lil kull min għandu 16-il sena jew iżjed

F’dan ix-xahar stess pajjiżna mistenni jkun l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea u t-tieni fid-dinja li t-tilqim għall-Covid-19 ikun disponibbli għal kull adult minn 16-il sena ’il fuq.

Fil-Parlament it-Tnejn filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li oriġinarjament pajjiżna mmira li jkun jista’ jagħti l-vaċċin lil kull persuna minn 16-il sena ’il fuq f’Santa Marija iżda issa ninsabu f’pożizzjoni li din il-mira timxi b’aktar minn xahrejn bil-quddiem.

Il-Ministru għas-Saħħa spjega wkoll li pajjiżna diġà għamel l-arranġamenti u l-ordnijiet, biex f’każ ta’ doża addizzjonali tal-vaċċin, dan ikun jista’ jsir favur l-issalvagwardja ta’ saħħet il-poplu.

Dan jista’ jsir fi sfond ta’ żviluppi marbuta mal-varjanti tal-virus.

Chris Fearne spjega wkoll li bħal ma ġara fil-Kanada, kemm il-darba, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tagħti l-barka, jibdew jitlaqqmu wkoll dawk bejn 12 u 15-il sena.

Send this to a friend