Edward Montebello – Page 118 – One News

Edward Montebello

Notifiki

NIKKONFERMAW: se jinvestigaw d-diska Ukrena

Allegatament il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena kisret ir-regolamenti tal-festival. Filmat li beda jiċirkola fuq Youtube u li jtella’ f’Mejju 2015 juri lil Jamala tkanta d-diska ‘1944’.

Dan imur kontra r-regoli tal-Eurovision għaliex kanzunetta li tipparteċipa fl-edizzjoni li ssir f’Mejju ma tistax toħroġ fil-pubbliku qabel Settembru ta’ qabel. Dan ifisser li l-kanzunetta tal-kantata Ukrena ma setgħetx toħroġ qabel l-1 ta’ Settembru tal-2015 biex tkun eliġġibli li tikkompeti fil-Eurovision li għadda.

Aqra aktar

Iridu recount tal-Eurovision!

Kwart ta’ miljun persuna iffirmat petizzjoni biex ir-riżultat tal-Eurovision Song Contest jiġi rivedut. Fir-Russja qam kjass sħiħ wara li l-kanzunetta ta’ Sergey Lazarev spiċċat fit-tielet post minkejja li rebħet il-vot tal-pubbliku.

Il-petizzjoni li bdiet online minn ċittadin Armen qed tappella lil EBU (l-istituzzjoni li torganizza l-Eurovision) biex jirrevedu r-riżultat. Dan għaliex l-Ukrajna rebħet il-Eurovision wara li skont uħud il-voti tal-ġurija ġew manipulati biex ir-Russja ma tirbaħx.

Aqra aktar

Waħda biss issemmi lil Malta!

Staqsejna lill-ġurnalisti li qed isegwu mill-qrib il-Eurovision Song Contest fi Stokkolma, min jaħsbu li ser jibaħ għada. Waħda biss issemmi lil Malta!

 

Aġġornamenti kontinwi fuq ONE u ONE Radio minn Wayne Aquilina.

Ira tiċċelebra l-fatt li Malta tinsab quddiem nett fi drittijiet LGBT

Ira Losco iċċelebrat il-fatt li Malta ġiet ikkunsidrata bħala l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għandha drittijiet għall-persuni LGBT. Ftit tal-ħin ilu, Losco daħlet fiċ-ċentru tal-ġurnalisti fi Stokkolma fejn flimkien ma’ għadd ta’ ġurnalisti li qegħdin jirrapurtaw il-Eurovision Song Contest għaddiet messaġġ ċar favur l-ugwaljanza bejn persuni b’orjentazzjonijiet sesswali differenti.

Aqra aktar

Interpretazzjoni tajba minn Ira fl-ewwel prova ġenerali

Ira Losco tat interpretazzjoni tajba fl-ewwel prova ġenerali li ntemmet ftit tal-minuti ilu. Illejla, Losco għandna t-tieni prova ġenerali li fiha tivvota l-ġurija u għalhekk il-prestazzjoni tagħha mistennija tisaħħaħ. Fl-ewwel prova ġenerali kienu biss preżenti l-ġurnalisti li qed isegwu dan il-festival minn Stokkolma. Għall-interpretazzjoni ta’ Ira kienu bosta li laqgħu b’ċapċip id-diska ta’ Ira, ‘Walk On Water’.

Aqra aktar

Send this to a friend