Colin Deguara – Page 7 – One News

Colin Deguara

Notifiki

Jinqabdu b’dokumenti foloz

Żewġ Sudaniżi, Adam Mohammed ta’ 18-il sena u Eaiis Bosh Nalimaboba ta’ 23 sena tressqu l-Qorti akkużati li kellhom fil-pussess tagħhom dokument li mhux tagħhom u li pruvaw jagħmlu użu minnu. Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-proġett ta’ Malta li se jiġġenera l-enerġija mill-iskart

Il-pjanijiet biex pajjiżna jkollu faċilitajiet li minnhom jiġġenera l-enerġija mill-iskart għandhom il-barka wkoll tal-Kummissjoni Ewropea. Fi kliemha, l-impjant se jkollu rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari. Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea fi tweġiba għal-mistoqsija fil-Parlament Ewropew dwar jekk il-faċilitajiet li se jinbnew f’pajjiżna humiex konformi mal-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari.

Iċ-Chairman tal-Wasteserv, Richard Bilocca spjega kif il-Kummissjoni Ewropea nnutat li permezz ta’ din is-sistema ser ikun evitat li l-iskart li ma jistax jiġi riċiklat imur fil-landfill.

“Il-kummissjoni kkonfermat illi ‘Iva’ dawn l-impjanti jaqgħu fil-qafas ta’ ekonomija ċirkolari u iktar minn hekk huma essenzjali għaliex dan l-impjant ser ikun qed jippermetti lill-pajjiż li l-iskart li ma jistax jiġi rriċiklat flok jintrema jiġi mdawwar f’riżorsa.  Jiġifieri dan l-iskart sal-lum qed jieħu spazju fil-miżbliet fil-landfills tagħna u permezz ta’ dan l-impjant tal-waste-to-energy, dan l-iskart ser ikun qed jiddawwar f’enerġija elettrika.”

Aqra aktar

Pjan għall-ekonomija sostenibbli li tiggarantixi futur – ekonomista dwar il-viżjoni tal-PM 

Il-viżjoni ekonomika mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela t-Tlieta filgħodu waqt laqgħa tal-Kabinett fil-Kamra tal-Kummerċ hija waħda li ser twassal għal ekonomija iżjed sostenibbli u li taddatta għal-isfidi u għat-tibdil tal-futur. Aqra aktar

Pedamenti ġodda biex jitneħħa l-periklu fi Triq Għeriexem fir-Rabat

Beda x-xogħol sabiex ikunu installati 112-il pilastru taħt l-art sabiex ikun mibni pedament ġdid ta’ ‘Triq Għeriexem’ fir-Rabat.  Dan wara snin twal ta’ struttura dgħajfa tat-triq li saħansitra kkawżat ħsarat fil-bini fl-inħawi. Aqra aktar

In-natura tgħatti ġmiel il-bajja ta’ Fomm ir-Riħ

Il-Ħadd filgħodu bdiet iddur il-kelma li l-bajja ta’ Fomm ir-Riħ intilfet darba għal dejjem, wara li ġġarfet parti mill-irdum fl-akwati. L-għada, ONE News ħareġ fuq dgħajsa mal-ekwipaġġ tal-għaqda tas-Salib l-Aħmar fejn seta’ jsegwi l-effetti li dan it-tiġrif naturali ħalla fuq din il-bajja fil-punent tal-pajjiż.  Aqra aktar

Il-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna fi stadju avvanzat

It-tħammil u l-kostruzzjoni tal-appartamenti tal-akkomodazzjoni affordabbli madwar pajjiżna jinsabu fi stadju avvanzat ħafna. Hekk spjega James Camenzuli, il-Kap eżekuttiv ta’ Projects Plus li qed jieħdu ħsieb l-immaniġjar ta’ dawn il-proġetti.  B’investiment ta’ tmienja u ħamsin miljun ewro għaddejjin xogħol f’disa’ lokalitajiet differenti favur il-bini ta’ seba’ mija tmienja u sittin appartament, mitejn u sebgħin garaxx u tliet mija u ħamsin parkeġġ għall-karozzi.

Minn sittax-il sit ġdid ta’ akkomodazzjoni hija dik ta’ Ħal Luqa li issa tinsab fil-fażi ta’ sejħa għall-offerti biex wara wkoll jibda l-iskavar u l-kostruzzjoni tas-sit. Is-siti f’B’Kara, Ħ’Attard u t-tnejn f’Ħal Kirkop b’mod speċjali jinsabu fi stat avvanzat ħafna.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Projects Plus, James Camenzuli spjega: “L-istadju avvanzat ħafna, l-proġetti għaddejjin ġmielhom, l-eskavazzjoni ta’ kull sit hija lesta, il-kostruzzjoni miexja wkoll, is-siti l-kbar kważi l-kostruzzjoni lesta, sit kbir li ħierġa t-tender dalwaqt hija ta’ Ħal Luqa.”

Iċ-Chairman ta’ ‘Malita Investments’, Kenneth Farrugia stqarr li l-appartamenti ser ikunu aċċessibbli minn kulħadd u ta’ qisien differenti skont il-kobor tal-familja. Spjega li bħalissa hemm madwar tliet t’elef u tliett mitt applikazzjoni għall-akkomodazzjoni u għalhekk dawn is-siti se joffru saqaf lil bosta familji.

Il-Ministru għall-proġetti Kapitali, Ian Borg stqarr li dan il-proġett juri kif dan il-Gvern qed jibdel il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet. Dan hekk kif qabel il-Gvern kien joħroġ il-kirja biss mal-privat iżda issa wara ħamsa u għoxrin sena dawn l-appartamenti ser jiġu parti mill-assi tal-Gvern biex bihom ikomplu jiġu mgħejjuna iktar nies.

Send this to a friend