Colin Deguara – Page 62 – One News

Colin Deguara

Notifiki

Imnedija kampanja kontra is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol

Il-Gvern qed jagħraf li lil’hinn mill-liġi u l-infurzar tar-regoli fit-toroq Maltin hemm bżonn li jiżdied l-għarfien fuq l-effetti u l-periklu li wieħed ikun qed joħloq meta jsuq taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.
Fil-waqt li hemm il-ħsieb biex il-minimu li wieħed jista’ jixrob jonqos minn .8 għal .5 il-Kunsill tal-‘Malta Road Safety’ qed jagħmel kampanja fejn iqassam breathylisers fl-events pubbliċi biex wieħed ikun jista’ jippruvahom qabel isuq.

Imniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu – raġuni doppja

Il-President ta’ Malta nediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-August Moon Ball, li din is-sena se jsir nhar il-5 t’Awwissu. Il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet fuq l-importanza ta’ dan l-avveniment hekk kif jiftaħ l-istaġun tal-avvenimenti b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Hija stqarret li f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża tal-mediċina ta’ pazjenti Maltin irdupjat minn dik tas-sena l-oħra u għalhekk l-għajnuna hija importanti iktar minn qatt qabel.

Iċ-chairman tat-tim organizattiv tal-ballu, Daniele de Petri Testaferrata, saħaq kif din is-sena, bħal kull sena oħra se jkun ballu tal-aqwa livell, anke bis-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-korp tal-Pulizija u l-kavalerija tiegħu u l-inguardia parade. Il-mużika tal-ballu se terġa’ tkun f’idejn il-Brass House Unit.

Min jixtieq jattendi jista’ jmur l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta, iżur il-Palazz ta’ San Anton jew inkella jżur is-sit online tal-August Moon Ball.

Aqra aktar

Il-pariri tat-tabib li ħalla s-siġġu

Wara bosta snin jokkupa s-siġġu fil-Parlament George Vella ħalla s-siġġu tiegħu wara li ma reġax ikkontesta l-elezzjoni tat-3 ta’Ġunju.   Huwa saħaq li ma kinitx deċiżjoni li ħa ħabta u sabta iżda kien ilu għal dawn l-aħħar erba’ snin ċert mid-deċiżjoni li l-elezzjoni tal-2013 kellha tkun l-aħħar waħda li hu kien se jikkontesta. “Illum għalaqt 75 sena jien u allura ma naħsibx li għalkemm saħħti għadha tajba u nħoss li għadni.. li stajt nagħti iktar..tgħid trid tagħmel linja u tieqaf m’hemmx x’tagħmel.”  Aqra aktar

Iridu t-trakka kemm jista’ jkun malajr

Il-Malta Motorsport Federation appellat biex il-proċess għall-bini ta’ Motorsports track ġdida jitħaffef kemm jista’ jkun. Dan wara li l-Gvern lesta l-fażi tas-sejħa għall-investituri li għaliha urew interess ħames investituri potenzjali.

Aqra aktar

Studenti b’opportunità li jesibixxu u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom

Studenti Maltin illum kellhom l-opportunità li juru u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom, li bnew bħala parti mill-kompetizzjoni ta’ Junior Achievement Young Enterprise Malta Foundation (JAYE).

L-istess studenti esebixxu xogħolhom u ngħataw iċ-ċans ibigħu l-prodotti tagħhom waqt il-fiera tal-JAYE. F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem 17-il tim magħmula minn studenti ġejjin mill-post-sekondarja li jagħmlu parti mill-“company programme”.

Aqra aktar

Pjan ġdid għaż-żoni ta’ Natura 2000

Iz-Zoni ta’ Natura 2000 se jkunu qed jiġu immaniġjati bi pjanijet iktar effettivi bl-implimentazzjoni ta’ tletin pjan tal-immaniġjar u ordnijiet ta’ konservazzjoni għas-siti protetti f’pajjiżna.

F’pajjiżna wieħed isib 34 sit li minħabba l-valur ambjentali tal-art huma  protetti bħala siti ta’ Natura 2000.  Wara l-investiment ta’ €1.3 miljun biex jiġu stabbiliti dawn is-siti u biex jibdew jitħarsu taħt pjan tal-immaniġjar issa se jkun qed jinbidel il-mod ta’ kif dawn is-siti se jkunu qed jiġu mħarrsa. 

Aqra aktar

Restawr mhux tas-soltu!

 

  • PROĠETT LI BEDA JITGAWDA MIN-NIES U MILL-GĦASAFAR
  • REBBIEĦ TA’ KOMPETIZZJONI TA’ DIN L-ART ĦELWA

Illum kull min ikun għaddej minn Baħar iċ-Ċagħaq għal Buġibba jew fid-direzzjoni opposta jinnota l-ġmiel tas-Salini. Iżda, dawn mhux dejjem kienu hekk. Issa li qed jitgawdew mill-pubbliku u mill-għasafar sbieħ li tant jinżlu fuqhom ħarisna ftit lura lejn x’involva x-xogħol. Anke għax fl-aħħar ġimgħat il-proġett ta’ restawr rebaħ premju ta’ Din l-Art Ħelwa.

Aqra aktar

Inawgurata l-istatwa rrestawata ta’ Sant Andrija f’Ħal Luqa

Ġiet inawgurata l-istatwa restawrata ta’ Sant Andrija ġewwa Ħal Luqa.

Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo u d-Deputat Parlamentari Silvio Schembri. Is-Sindku ta’ Ħal Luqa rringrazzja lill-Gvern tal-għajnuna li qed jgħati lil-lokalitajiet anke permezz tal-iskema ta’ restawr li minn 35 applikant intgħażlu ħamsa.

Aqra aktar

Send this to a friend