Colin Deguara – Page 6 – One News

Colin Deguara

ARA: Il-Knisja tas-Siġġiewi tilbes il-libsa tal-festi tal-Milied


Il-Knisja ddedikata lil San Nikola, l-qaddis wara l-karattru tal-Milied, Santa Klaws tinsab imlibbsa u lesta għal festi tal-Milied. L-arċipriet tal-Knisja tas-Siġġiewi, Fr. Josef Mifsud, spjegalna kif San Nikola huwa l-figura oriġinali ta’ Santa Klaws hekk kif l-ġenerożitá tiegħu tul ħajtu baqgħet marbuta mal-ispirtu tal-Milied.  Madankollu biż-żmien id-dehra ta’ Santa Klaws spiċċat inbiddlet ukoll.  Aqra aktar

Eluf jirregolaw il-pożizzjoni biex jivvotaw għall-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista

Fl-aħħar jiem, madwar erbat elef membru tal-Partit Laburista rregolaw il-pożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jivvotaw fil-Kungress li se jeleġġi l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.  Dan hekk kif il-membri li għandhom sentejn nieqsa iżda ilhom membri mill-2015 jew qabel għandhom il-fakultà li jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom. Aqra aktar

Jinżammu arrestati wara rewwixta f’Ħal Safi

Disa’ immigranti nżammu arrestati wara li għamlu rewwixta fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi nhar il-Ħamis li għadda. Huma ġew akkużati li wettqu ħsara li tammonta għall-€2,500 u li m’obdewx l-ordnijiet tal-pulizija filwaqt li ħebbew għalihom u heddewhom. L-Ispettur Roderick Attard, spjega fil-Qorti kif huma ġew arrestati wara li bdew iwaddbu xi oġġetti lejn il-pulizija. Aqra aktar

Send this to a friend