Il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga għamlet sejba oħra ta’ sittin pakkett żgħir ta’ droga kokaina u żewġ pakketti żgħar ta’ droga kannabis. Dawn waqt operazzjoni tard ilbieraħ filgħaxija li rat l-arrest ta’ raġel ta’ 24 sena li joqgħod Marsaxlokk. Aqra aktar
F’awla 22 għoxrin kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-każ kontra Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar
Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea qablu dwar il-ftehim ta’ kummerċ wara Brexit. Wara xhur ta’ negozjati fejn ma kienx hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat, dawn waslu għal qbil ġimgħa qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju. L-ikbar sfida kienu n-negozjati dwar drittijiet tas-sajd u regoli ta’ kompetizzjoni kummerċjali.Aqra aktar
Qed ikun irrappurtat li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jinsabu qrib li jilħqu ftehim ta’ wara Brexit. Dan hekk kif Boris Johnson laqqa’ l-kabinett sabiex jaġġorna l-membri bid-dettalji u l-progress li qed jinkiseb fin-negozjati.Aqra aktar
It-tempji f’pajjiżna jkunu l-iktar armati għall-festa tal-patrun fis-Sajf, madankollu din is-sena il-knisja tas-Siġġiewi tinsab armata bl-armar kollu tal-festa ta’ San Nikola għall-festa tal-Milied. Aqra aktar
Investiment fil-‘Malta Film Studios’ ser jara lis-settur tal-films f’pajjiżna isir wieħed iżjed attraenti. Dan b’masterplan b’investiment ta’ €35 miljun mill-Gvern li ser ikun qed jara titjib sostanzjali fil-‘Malta Film Studios’ fil-Kalkara. Aqra aktar
Fl-aħħar seba’ snin Malta telgħet mal-aqwa ekonomiji fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Il-gazzetta Kulħadd irraportat kif statistika tal-Eurostat uriet kif pajjiżna tela’ tliet postijiet mill-2012, u issa jinsab fl-għaxar post. Fil-fatt, fl-aħħar seba’ snin Malta qabżet lil pajjiżi bħal Spanja, l-Italja u Ċipru, waqt li d-distakk ma’ Franza naqas b’ 6%.
Bejn l-2012 u l-2019 pajjiżna kabbar il-ġid nazzjonali ras għal ras imqabbel mal-medja fl-unjoni ewropea bi tlettax il-punt perċentwal. Dan jagħmel lil pajjiżna bl-iktar tkabbir fuq dan il-perjodu flimkien mal-litwanja.
Il-Kullħadd nnutat ukoll li l-bidla fl-amministrazzjoni wasslet għal splużjoni fit-tkabbir tal-ġid nazzjonali, tant li dan issa hu tliet darbiet aktar minn dak irreġistrat fit-tmien snin ta’ qabel.
Kien innotat ukoll kif fl-aħħar seba’ snin, 12-il pajjiż ieħor tilfu l-pass meta mqabbla mal-kumplament tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Fost dawn kien hemm l-Italja li minn 103% il-ġid nazzjonali waqa’ għal 96%. Fl-istess żmien f’pajjiżna l-ekonomija rat tkabbir ta’ 87% għal 100 punt perċentwal.
Dan jikkuntrasta bil-bosta mat-tkabbir li pajjiżna ra bejn l-2004 u l-2012 hekk kif it-tkabbir kien ta’ 4%. Dan ifisser li pajjiżna ra tkabbir bejn l-2012 u l-2019 li huwa iżjed mit-triplu ta’ dak fl-aħħar seba’ snin ta’ amministrazzjoni preċedenti.
Hawn temm jingħad kif skont il-proċedura Ewropea tal-iżbilanċi makroekonomiċi, li tħares lejn 14-il indikatur differenti fosthom il-piż tad-dejn, ir-rata tal-qgħad u l-iżbilanċ kummerċjali, Malta hi l-uniku pajjiż mingħajr xi forma ta’ żbilanċ.