Colin Deguara – Page 36 – One News

Colin Deguara

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-kuġin ta’ Francesco Fenech jammetti li gideb lill-Pulizija

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, kumpliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Lorin Scicluna u Francesco Fenech li jinsabu mixlija bil-qtil tal-immigrant mill-Kosta tal-Avorju Lassana Souleymane u bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ immigranti oħra.

Il-vittmi nqatel b’tiri sparati minn karozza li kienet għaddejja minn Triq il-Ġebel f’Birżebbuġa fis-6 ta’ April li għadda. Bil-membri tal-familja taghhom fl-awla, iż-żewġ akkużati qagħdu ’l bogħod minn xulxin fuq il-bank tal-akkuzati u ma ħarsux darba lejn xulxin. Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-uffiċjal tas-sigurtà

Youssef Cherkaoui, Marokkin inżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb għal persuni li kienu qed jgħixu miegħu fiċ-ċentru ta’ Ħal Far u għal uffiċjal tas-sigurtà.

Filwaqt li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, l-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif rat ukoll li huwa jinsab imkeċċi miċ-ċentru u għalhekk m’għandux fejn joqgħod.

Hedded u darab lil martu u 3 pulizija

Akilu Reda Hagos, Eritrean jgħix il-Belt Valletta, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal martu u hedded u darab ħafif tliet kuntistabbli tal-pulizija.

Huwa mixli wkoll li ma tax informazzjoni lil uffiċjal pubbliku u m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieħ u nżamm arrestat.

Tinfetaħ mill-ġdid il-bajja tal-Fajtata

Infetħet mill-ġdid għall-pubbliku l-bajja tal-Fajata f’Marsaskala, fil-parti ta’ San Tumas.  Dan wara li għaddiet minn proċess fejn ittella’  r-ramel minn ġol-baħar sabiex ġiet iffurmata bajja ġdida bir-ramel.  Dan l-eżerċizzju huwa simili ghal dak li sar fil-bajjiet tal-Balluta u ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa.

Il-metodu użat kien maqbul mal-Awtoritajiet fosthom l-Awtorità tal-Ambjent u r-riżorsi sabiex isir l-inqas impatt negattiv possibli fuq wiċċ il-baħar.

Il-ministru Konrad Mizzi li fetaħ din il-bajja qal li l-Gvern huwa impenjat li jtejjeb il-prodott turistiku u jagħmel iżjed bajjiet sabiex jitgawdew kemm mit-turisti u l-Maltin.

Imħarrka 117 fuq skart domestiku mormi illegalment


117 – il persuna kienu mħarrka wara li nqabdu mill-Awtorità tal-Ambjent tar-Riżorsi joħorġu l-iskart f’dati li mhux suppost jew minn ġurnata qabel dik suppost.  L-iktar postijiet li fihom inqabdu jarmu skart nies b’mod illegali kienu l-Qawra u Bugġibba.  Hawnwhekk ġew imħarka 55 persuna filwaqt li f’Marsaskala ġew imħarrka 26.  Dawn il-persuni ġew imħarrka 150 ewro kull wieħed.

Fi Stqarrija, l-ERA qalet kif 14-il uffiċjal mid-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA qed jagħmlu rondi madwar Malta u Għawdex dabtejn fil-ġimgħa, kemm tul il-jum u anke filgħaxija.  Dan filwaqt li l-LESA huma wkoll responsabbli għall-infurzar ta’ dawn il-materji.

Filfatt fi stqarrija seperata l-LESA ħabbret li fi żmien tlett ijiem, bejn it-Tnejn 24 ta’ Ġunju u l-Ħamis 27 ta’ Ġunju, wara għassa stretta 24 siegħa kuljum f’numru ta’ lokalitajiet wara lmenti li rċeviet l-aġenzija, ingħataw 49 taħrika.

Il-kap tad-direttorat tal-ERA appella lill-pubbliku biex isegwi l-ħinijiet u r-regoli stipulati mill-liġi, kif indikat mill-Kunsilli Lokali rispettivi.  Fakkar li r-raġuni primarja għaliex wieħed għandu jissepara l-iskart m’huwiex minħabba d-detriment tal-multi iżda r-rieda tajba li timmotiva lil kull ċittadin jaqdi dmirijietu favur ambjent aħjar.

Illejla melodija minn raddiena ta’ sfafar unika fis-Siġġiewi

F’dawn ix-xhur sajfin is-smewwiet u l-imsieraħ tagħna jerġgħu jiddawlu bil-logħob tan-nar.  Logħob li joffri spettaklu ta’ lwien u sinkronizzar mal-mużika.  Madankollu s-Sibt fis-Siġġiewi l-logħob pirotekniku se joffri mhux biss spettaklu ta’ kuluri iżda wkoll melodjuż. Dan b’raddiena armata b’madwar 2,500 suffarell li se ddoqq għal sitt minuti b’tisfir sinkronizzat u intonat mal-mużika.

ONE NEWS żar il-kamra tan-nar tal-Għaqda tan-Nar San Nikola tas-Siġġiewi, fejn hemmhekk tkellimna ma’ Brian Borg, il-moħħ wara din r-raddiena ġdida li se tinħaraq lejlet il-Festa.

Borg żewweġ imħabbtu lejn il-mużika mal-imħabba lejn ix-xogħol tan-nar.  Din l-idea wasslet sabiex is-sena l-oħra saret għall-ewwel darba fid-dinja, raddiena bis-sufarelli li jinħarqu kollha b’intonazzjoni mal-mużika.

Qalilna li r-raddiena ta’ din is-sena se tkun ikbar u toffri spettaklu iżjed elaborat.

“Is-sena l-oħra għamilna mal-400 suffara intonata, kien proġett li rnexxa u din is-sena ir-raddiena se jkollha madwar mitejn, elfejn u ħames mija.”

Nick Spiteri, li għandu l-liċenzja tal-kamra tan-nar stqarr li kien biss permezz tax-xogħol tal-għaqda li l-idea setgħet issir realtà.

Spjega li l-ewwel ma jsir hu li jipprovaw sfafar differenti u wara jintonawhom mal-mużika skont it-tul tal-iskartoċċ. Dan filwaqt li r-raddiena fiha wkoll għadd ta’ effetti pirotekniċi ġodda.

“ Millimetru fl-għoli, differenza fl-għoli tal-iskartoċċ ikun ifisser li inti toħroġ minn dik in-nota li tkun trid u tidħol ġo nota oħra.  Jiġifieri għandek dik it-tip ta’ preċiżjoni.  Apparti minn hekk, meta s-sistema taħraq dawn is-sfafar wara xulxin tkun qiegħda taħraq anke bi preċiżjoni li sekonda tkun maqsuma f’mija.”

Saħaq li din id-darba l-ispettaklu ta’ nar tal-art se jkun fih tlett itwapet tan-nar u spettaklu taż-żfin minn grupp minn Moska apposta qabel il-Gran Finale tat-tapit il-kbir. 

“ Nispiċċaw naħarqu l-kaxxa tal-kulur ftit qabel ma’ tidħol l-istatwa ġewwa l-knisja, l-arċipriet ġentilment jistenniena ħalli aħna naslu lura mill-għalqa u San Nikola jidħol, aħna nkunu preżenti waqt li San Nikola jidħol ġewwa l-knisja.”

Biex b’hekk għalkemm ikunu għaddew l-gimgħa tal-festa fl-għalqa minn fejn jaħarqu l-murtali huma wkoll ikunu jistgħu igawdu l-aħħar ftit minuti tal-ġimgħa, u flimkien ma’ qrabthom iroddu ħajr lil San Nikola talli tkun għaddiet festa oħra b’wiċċ il-ġid!

 

 

 

 

In-Nikolaos naqqas drastikament l-istennija fiċ-Ċirkewwa u fl-Imġarr


Mal-mument li tħabbret iż-żieda tal-vapur ‘MV Nikolaos’ mal-flotta tal-Gozo Channel, il-Partit Nazzjonalista ħareġ qatta’ bla ħabel jikkritika d-dħul fis-servizz ta’ dan il-vapur.

Madankollu issa li ilu jopera għal numru ta’ ġimgħat, l-esperjenza tal-passiġġieri li jagħmlu t-traġitt bejn Malta u Għawdex hija evidenza ċara ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra f’mossa biex jirbaħ punti politiċi reġa’ kien lil hinn mill-verità fil-kritika tiegħu.

Il-vapur il-ġdid tal-Gozo Channel beda jħalli effetti pożittivi tanġibbli li qed jinħassu minn dawk kollha li jagħmlu t-traġitt bejn Malta u Għawdex b’mod partikolari fil-ħin li qabel l-Għawdxin kienu jagħmlu biex jaqbdu l-vapur ‘l isfel lejn Malta.

ONE NEWS tkellem ma’ bosta passiġġieri hekk kif temmew it-traġitt fuq l-‘MV Nikolaos’.  Dawn ma kellhom xejn għajr kliem ta’ tifħir għaż-żieda tal-vapur il-ġdid mal-flotta.

Raymond Borg, Ħaddiem tal-Gozo Channel stqarr magħna kif mal-introduzzjoni tar-raba’ vapur mill-ewwel inħasset id-differenza hekk kif il-kju li kien ikun hemm fi tmiem il-ġimgħa naqas b’mod drastiku.

Il-vapur ‘MV Nikolaos’ għandu wkoll magni iżjed b’saħħithom minn dawk tal-vapuri l-oħra fil-flotta tal-Gozo Channel u għalhekk jieħu ħafna inqas ħin biex jaqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex.

Dan filwaqt li l-introduzzjoni ta’ dan il-vapur li jesa’ 160 vettura u 650 passiġġier, tagħmilha possibbli sabiex l-iskeda tas-sajf tkun waħda iżjed effiċjenti b’żieda fl-ammont ta’ traġitti hekk kif is-servizz jingħata permezz ta’ tlett vapuri flok tnejn.

Vapur ieħor huwa dedikat għall-vetturi kummerċjali.  Dan it-titjib żgur mhux forsi se jkompli jintlaqa’ b’mod pożittiv speċjalment fix-xhur tas-sajf fejn bosta turisti u Maltin jerħewlha lejn il-Gżira Għawdxija.

Send this to a friend