Colin Deguara – One News

Colin Deguara

Notifiki

Kodiċi tal-etika ġdid għall-Korp tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija nieda kodiċi tal-etika ġdid għall-uffiċjali tiegħu.  Kodiċi tal-etika li jirregola kif iġib ruħu uffiċjal tal-korp tal-pulizija kemm meta jkun liebes l-uniformi, iżda wkoll fil-ħinijiet fejn ma jkunx fuq xogħol. Aqra aktar

L-ewwel uffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġijiet

Infetħu l-uffiċini tal-Kummissrju tal-Liġijiet fil-Belt Valletta, li l-għan ewlieni tagħhom se jkun il-konsolidament tal-liġijiet tagħna u t-tisħiħ fis-saltna tad-dritt.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jesper Kristiansen jinżamm arrestat b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema

Jesper Kristiansen ta’ 30 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’rabta mal-omiċidju doppju tat-Tabib Christian Pandolfino u Ivor Macejovski li seħħ f’Awwissu li għadda f’Tas-Sliema.Aqra aktar

Diskussjoni pubblika dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol

F’diskussjoni pubblika ġiet diskussa l-importanza tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, anke fid-dawl tal-pandemija li laqtet lid-dinja u li bidlet il-mod ta’ kif ħafna jaħdmu. Għal din id-diskussjoni organizzata mill-MEUSAC kien hemm preżenti l-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, li spjega kif sal-bidu ta’ Awissu tas-sena 2022 f’pajjiżna wkoll trid tkun ġiet introdotta d-direttiva tal-Unjoni Ewropea tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin liberu.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Tliet leġġendi fil-futbol Malti jawguraw lit-tim nazzjonali għal-logħba mistennija tal-lejla

Illejla t-tim nazzjonali Malti tal-futbol jista’ jikteb l-istorja hekk kif għadu fiċ-ċans li jirbaħ il-grupp tal-kompetizzjoni tal-UEFA Nations League.  Dan jekk iġib riżultat pożittiv kontra t-tim tal-Gżejjer Faroe, anke jekk b’rebħa minima ta’ 1-0.

Ftit sigħat qabel din il-logħba tant mistennija, ONE News ltaqa’ mal-eks plejers tat-tim Nazzjonali Malti, Carmel Busuttil, Saviour Darmanin u Gilbert Agius.

Aqra aktar

Iffirmat ftehim settorjali storiku għall-Forzi Armati li ser iżid l-investiment fis-salarji b’€ 8.2miljun

Ġie ffirmat ftehim settorjali storiku għall-ħaddiema tal-Forzi Armati li ser jara lis-suldati kollha sal-grad ta’ maġġur jingħataw skala ogħla.  Dan filwaqt li issa ser ikunu kkumpensati s-suldati kollha li jaħdmu l’fuq minn 40 siegħa fil-ġimgħa.  Is-suldati kollha se jkunu qed jaraw żieda sostanzjali fl-allowances li jeżistu fil-Forzi Armati u li jirrikonoxxu ċertu speċjalizazzjoni.

Permezz ta’ dan il-ftehim il-Gvern ser ikun qed jinvesti €8.2 miljun ewro aktar fis-sena fis-salarji tas-suldati.  B’kollox ser jibbenefikaw minn dan il-pakkett madwar 1,750 suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta. Aqra aktar

Send this to a friend