Clinton Buhagiar – Page 8 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Numru ta’ żgħażagħ fil-mira ta’ Sliema Wanderers

Sebastian Grech huwa wieħed minn numru ta’ żgħażagħ li Sliema Wanderers ser ikun qed jakkwistaw matul dan is-suq tat-trasferimenti. Dan ikkonfermah il-President ta’ Sliema Wanderers Keith Perry matul il-ġurnata tat-Tnejn waqt il-program L-Argument Ikompli. Perry sostna li bħalissa qed jaħdmu fuq numru ta’ plejers żagħżagħ b’potenzjal li jagħmlu l-grad fis-snin li ġejjin. Aqra aktar

Owen Grech ikkonfermat bħala President ta’ Badminton Malta

Owen Grech ġie kkonfermat bħala President ta’ Badminton Malta għas-sentejn li ġejjin wara li serva bħala President Interim għal dawn l-aħħar xhur. Dan seħħ waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Badminton Malta li saret fil-Valletta Volunteer Centre. Owen diġa ħadem bis-sħiħ fuq inizjattivi waqt l-aħħar perjodu u issa qed jħares ‘il quddiem biex ikompli jibni assoċjazzjoni li tippromwovi il-Badminton bħala l-għażla sportiva għal kulħadd.

Aqra aktar

Thea Grech tisraq ix-xena b’tliet rebħiet fil-kompetizzjonijiet għaż-żgħażagħ tal-MAAA

Fit-trakka tal-atletika Matthew Micallef St John ilbieraħ kienet ċelebrazzjoni ta’ ferħ għal 121 atleta ta’ etajiet tal-kategoriji ta’ taħt it-12, l-14 u s-16-il sena. Għal ftit minnhom, speċjalment fl-U12, kienet l-ewwel esperjenza kompetittiva f’dan l-isport, filwaqt li għal oħrajn kienet ġurnata importanti għall-futur sportiv u edukattiv tagħhom hekk kif setgħu jilħqu l-livelli meħtieġa għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport.Aqra aktar

Jirritornaw l-avvenimenti tal-atletika tal-MAAA għaż-żgħażagħ u t-tfal

Wara żewġ avvenimenti b’suċċess għall-kbar, fl-aħħar anke l-atleti ż-żgħar għandhom l-opportunità li jesprimu t-talent u t-taħriġ tagħhom hekk kif il-kompetizzjonijiet tal-MAAA għall-kategoriji tagħhom jirritornaw wara nuqqas ta’ erba’ xhur wara t-twaqqif tal-avvenimenti minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Nhar is-Sibt, l-MAAA se tkun qed torganizza l-ħames meeting għall-kategoriji ta’ taħt it-12 u l-14-il sena u t-tieni wieħed għal dawk ta’ taħt is-16-il sena.

Dawn il-kompetizzjonijiet se jinkludu numru ta’ tlielaq sprint li jvarjaw mis-60m sal-400m, inkluż bil-hurdles, kif ukoll hammer, discus u ball throws u l-long jump.

Għat-tfal ta’ taħt it-12-il sena, din se tkun waħda minn żewġ okkażjonijiet li għandhom biex jiksbu d-distanzi jew ħinijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati għad-dħul fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport ta’ pajjiżna.

Il-President tal-MAAA Andy Grech qal li jinsabu ħerqana li jaraw lill-atleti żgħażagħ u dawk aktar żgħar lura fuq fit-trakka. Grech sostna li jinsab ċert li bl-impenn tagħhom u tal-kowċis dedikati li għandhom, matul l-ewwel nofs ta’ din is-sena, se jirnexxilhom huma wkoll jirreġistraw progress bħal ma wettqu l-atleti l-kbar tul dawn l-aħħar ħmistax.

Dawn il-kompetizzjonijiet se jsiru fil-Matthew Micallef St John Athletics Track fil-Marsa, nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju u jibdew fit-3.45pm. L-avveniment se jkun miftuħ għall-pubbliku.

Ritratt: Wally Galea

Clifford Gatt Baldacchino b’self ma’ Marsa FC

Aktar akkwisti importanti mill-klabb ta’ MARSA FC hekk kif huma akkwistaw lid-difensur Clifford Gatt Baldacchino b’self mingħand Gzira United F.C..

Gatt Baldacchino bla dubju ser ikun wieħed mill-pillastri tat-tim hekk kif miegħu ser ikun qed iġorr esperjenza importanti li kiseb tul is-snin fosthom ma’ Sliema Wanderers FC, l-istess Gżira United u anke mat-tim nazzjonali Malti.

Id-difensur ċentrali ġie misluf għal staġun.

Send this to a friend