Clinton Buhagiar – Page 7 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Ikompli l-Kampjonat Nazzjonali tal-karozzi u muturi

Nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju 2020 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kellha lejla impenjativa fejn ġiet organizzata il-Ħames tiġrija bil-muturi mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2019/2020 segwit mit-Tmien tiġrija bil-Karozzi Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. Il-Program għalaq bil-Mini Car Demolition li kellha issir f’Marzu li għadda imma minħabba is-sitwazzjoni tal-Covid-19 kellha tiġi posposta għal din il-ġurnata.

Aqra aktar

Guillaumier fil-mira ta’ Ħamrun Spartans

Plejer ieħor fil-mira ta’ Ħamrun Spartans F.C. huwa l-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier. Din il-paġna tista’ tikkonferma li fil-jiem li għaddew Ħamrun offrew somma sostanzjali għal Guillaumier liema somma ġiet rifjutata minn Birkirkara F.C. Aqra aktar

Futur inċert għal Hamed Kone ta’ Gżira United

Hamed Kone jista’ ma jibqax jilgħab ma’ Gzira United matul l-istaġun li ġej. Dan ikkonfermah il-kowċ Darren Abdilla waqt l-edizzjoni tat-Tnejn tal-program L-Argument Ikompli fuq One Radio. Abdilla sostna li minkejja l-potenzjal li jipposedi l-plejer, matul l-istaġun li għadda huwa naqas milli jimpressjona f’ħafna mill-partiti tat-tim u f’dan l-istadju mhuwiex ċert jekk il-plejer jibqax jifforma parti mill-iskwadra tat-tim. Aqra aktar

Numru ta’ żgħażagħ fil-mira ta’ Sliema Wanderers

Sebastian Grech huwa wieħed minn numru ta’ żgħażagħ li Sliema Wanderers ser ikun qed jakkwistaw matul dan is-suq tat-trasferimenti. Dan ikkonfermah il-President ta’ Sliema Wanderers Keith Perry matul il-ġurnata tat-Tnejn waqt il-program L-Argument Ikompli. Perry sostna li bħalissa qed jaħdmu fuq numru ta’ plejers żagħżagħ b’potenzjal li jagħmlu l-grad fis-snin li ġejjin. Aqra aktar

Owen Grech ikkonfermat bħala President ta’ Badminton Malta

Owen Grech ġie kkonfermat bħala President ta’ Badminton Malta għas-sentejn li ġejjin wara li serva bħala President Interim għal dawn l-aħħar xhur. Dan seħħ waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Badminton Malta li saret fil-Valletta Volunteer Centre. Owen diġa ħadem bis-sħiħ fuq inizjattivi waqt l-aħħar perjodu u issa qed jħares ‘il quddiem biex ikompli jibni assoċjazzjoni li tippromwovi il-Badminton bħala l-għażla sportiva għal kulħadd.

Aqra aktar

Thea Grech tisraq ix-xena b’tliet rebħiet fil-kompetizzjonijiet għaż-żgħażagħ tal-MAAA

Fit-trakka tal-atletika Matthew Micallef St John ilbieraħ kienet ċelebrazzjoni ta’ ferħ għal 121 atleta ta’ etajiet tal-kategoriji ta’ taħt it-12, l-14 u s-16-il sena. Għal ftit minnhom, speċjalment fl-U12, kienet l-ewwel esperjenza kompetittiva f’dan l-isport, filwaqt li għal oħrajn kienet ġurnata importanti għall-futur sportiv u edukattiv tagħhom hekk kif setgħu jilħqu l-livelli meħtieġa għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport.Aqra aktar

Send this to a friend