Clinton Buhagiar

Notifiki

Bir-ritratti: Grech, Scicluna u Farrugia jirbħu fl-Autocross ASMK

Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat id-disa’ program mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018. Matul il-ġurnata l-Assoċjazzjoni bdiet b’attivita Fun Race għal Muturi Motocross kif ukoll għal karozzi fejn l-għaqda kienet qed tospita il-Van tal-Monster Energy Drink li bħalissa qed jagħmel tour madwar l-Europa.

Aqra aktar

Perez ta’ Gżira lura fi Spanja

L-attakant Spanjol Moises Avila Perez mhux mistenni jkompli jilgħab f’Malta hekk kif ser jirritorna f’pajjiżu.

Il-captain ta’ Gżira United kien strumentali għal Maroons hekk kif mhux biss għen lit-tim jikseb l-promozzjoni mill-ewwel divizjoni għal premier żewġ staġuni ilu, iżda fit-tmiem l-istaġun li għadda għen lil Gżira jaslu fit-tielet post tal-klassifika u għalhekk minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra ser jilagħbu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Aqra aktar

L-MFA ser tikkompensa lil Saintfiet

Waqt il-laqgħa tal-kunsill tal-MFA li saret ilbieraħ, is-segretarju generali tal-MFA Dr. Angelo Chetcuti ħabbar li l-MFA waslet fi ftehim mal-ex kowc tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfiet dwar il-kumpens li ser jingħata l-kowċ Belġjan wara li l-kuntratt tiegħu ġie tterminat.

Minkejja li ma giex zvelat l-ammont, Chetcuti qal li wara żewġ laqgħat waslu fi ftehim ma’ Saintfiet u għalhekk min-naħa tiegħu mhu ser ikun qed jieħu ebda passi legali fil-konfront tal-MFA.

Aqra aktar

Projbizzjoni fuq Ħamrun Spartans

Waqt il-program L-Argument Ikompli, li jixxandar kull nhar tat-Tnejn fuq One Radio, il-viċi president ta’ Ħamrun Spartans Gejtu Debattista ikkonferma li Ħamrun għandhom projbizzjoni wara li ma ħallsux il-pagamenti dovuti lill-attakant Alex Nilsson.

Aqra aktar

Kontinġent ta’ 37 atleta għall-World Company Sport Games fi Franza

Kontinġent ta’ 37 atleta f’sitt dixxiplini sportivi differenti se jmorru Franza din il-ġimgħa sabiex jieħdu sehem fit-tieni edizzjoni tal-World Company Sport Games li se jsiru bejn it-23 u s-27 ta’ Mejju f’La Baule.

Il-Malta Employees Sports Association (MESA), li torganizza attivitajiet ta’ sports varji għall-ħaddiema f’kull settur, ilha għal dawn l-aħħar erba’ snin tieħu sehem b’suċċess f’dawn it-tip ta’ logħob internazzjonali għall-ħaddiema.

F’La Baule, li jinsab fuq il-kosta Atlantika fil-punent ta’ Franza, il-MESA se tkun qed tipparteċipa bl-akbar kontinġent tagħha hekk kif 37 atleta se jieħdu sehem fl-Atletika, Badminton, Beach Volleyball, Bowling, Ċikliżmu u Darts.Aqra aktar

Christian Mercieca jirbaħ l-unur ta’ Plejer tas-Sena tal-GFA

L-attakant ta’ għoxrin sena ta’ Victoria Hotspurs rebaħ l-unur tal-plejer tas sena tal Gozo Football Association biex temm staġun mill-aqwa fejn mhux biss kien protagonist fir-rebħ tal-kampjonat u l-kompetizzjoni Knock Out mat-tim tiegħu, iżda rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tal-futbol Għawdxi fl-MFA Awards u riċentament kien imsejjaħ fl-iskwadra tat-tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

Dan l-unur prestiġġjuż fil-futbol Għawdxi tħabbar waqt serata anwali tal-GFA Awards li matulha l-Gozo Football Association tagħlaq l-istaġun billi tqassam l-unuri individwali. Għal din s-serata kienu preżenti ukoll l-għola uffiċjali tal-Malta Football Association immexija mill-President is-Sur Norman Darmanin Demajo, u twassal messaġġ mis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Żagħżagħ u Sport Dr Clifton Grima.Aqra aktar

Send this to a friend