Clinton Buhagiar

Notifiki

Magħrufa l-finalisti kollha tal-Kampjonat Le Trot

Folla sostanzjali kienet preżenti l-korsa tal-Marsa sabiex jassistu għal 9 tiġrijiet tat-trott ferm ikkumbattuti.  Dawn kienu jinkludu 7 semi finali tal-Kampjonat Le Trot sabiex jiġu magħrufa l-finalisti kollha li se jipparteċipaw fil-finali nhar l-10 ta’ Ġunju.

Il-Prix de Vincennes għall-Klassi Premier offrew spettaklu u għalkemm sitta kienu jgħaddu miż-żewg tiġrijiet l-ebda ġerrej ma żamm lura milli jagħmel l-almu tiegħu u jipprova jżid rebħa oħra. Iż-żagħżugħ Melvin Farrugia wassal iż-żiemel tiegħu Tallien għat-tielet rebħa tas-sena fl-ewwel semi finali filwaqt li Ut de Dompierre ħa t-tieni rebħa konsekuttiva tiegħu taħt il-gwida ta’ Michael Ellul fis-semi finali l-oħra.

F’tiġrija veloċi mill-bidu sat-tmiem Swan des Tesnieres ħa t-tielet rebħa staġonali tiegħu misjuq minn Julian Farrugia fl-ewwel semi finali tal-Prix d’Enghien għall-Klassi Gold. Fis-semi finali l-oħra għal din il-klassi iż-żagħżugħ Gianluca Grech wassal għall-ewwel rebħa f’Malta iż-żiemel tiegħu Uzou.Aqra aktar

Brian Chetcuti u Tarxien Rainbows jinfirdu

Permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook, l-assistent kowċ ta’ Tarxien Rainbows Brian Chetcuti ħabbar li mhux ser jibqa’ jokkuppa l-kariga ta’ assistent kowċ mar-rainbows.

Chetcuti kien l-assistent ta’ Jose Borg li matul l-istaġun li għadda rnexxielhom jżommu lit-tim ta’ Tarxien fl-għola divizjoni tal-futbol Malti wara li rebu l-playoff kontra Żejtun Corinthians.

Shawn Deguara jiffimra ma’ Valletta FC Futsal

Iż-żagħżugħ Shawn Deguara, li matul l-istaġun li għadda lagħab mat-tim tal-Università fil-kampjonat tal-futsal, iffirma ma’ Valletta FC Futsal. Deguara huwa prodott ta’ Birkirkara FC fejn lagħab ukoll ma’ Mellieha.

Shawn Deguara, li għandu 23 sena, jitqies bħala wieħed miż-żgħażagħ promettenti fix-xena tal-futsal lokali.  Huwa iffirma kuntratt ta’ sena mac-champions tal-futsal.

Midalja tal-fidda fil-Badminton fl-aħħar jum ta’ La Baule

It-team tal-Badminton tal-MESA, iffurmat minn Edmond Abela, Jacqueline Degiovanni, Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar jum tal-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza, biex għamluhom total ta’ 12-il midalja għall-kontinġent Malti waqt dawn il-Games.

Aqra aktar

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Rodney Gatt jidħol fl-istorja tal-MRC

Il-Ġimgħa filgħaxija is-sewwieq Champion tal-Malta Racing Club Rodney Gatt irnexxielu jniżżel ismu fl-istorja tat-tiġrijiet lokali meta sar l-ewwel sewwieq li rebaħ sitt tiġrijiet fi programm wieħed.  Gatt matul dan l-istaġun kemm il-darba rebaħ tlieta u erbgħa tiġrijiet fi programm pero kien għadu qed jittanta li jirbaħ ħamsa biex jingħaqad mal-ftit li s’issa għamlu dan. Aqra aktar

Romero barra mill-iskwadra tal-Arġentina

Il-goaler tat-tim nazzjonali Arġentin Sergio Romero ser jitlef it-tazza tad-dinja minħabba injury fl-irkoppa l-leminija.  Romero li għandu 31 sena lagħab 94 darba għal pajjiżu fejn fost l-oħrajn kien il-goalkeeper fil-finali tat-tazza tad-dinja tal-2014 li l-Arġentina tilfu għas-spejjes tal-Ġermanja.

Aqra aktar

Send this to a friend