Clinton Buhagiar

Notifiki

Is-Sibt issir l-aħħar attività mill-istaġun Honda Motocross 2017/2018

Nhar is-Sibt li gej l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa torganizza id-disa’ u l-aħħar attività mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018 li fiha jieħdu sehem il-Muturi Motocross biss. Il-programm jibda fl-16:00 fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK.

Il-Kampjonat fi Klassi A huwa deċiż. Għall-ewwel darba Kyle Camilleri fuq mutur KTM għandu biżżejjed punti biex biex jiġi nkurunat ċampjin. Kyle rebaħ 6 tiġrijiet minn tmienja li diġà saru u bħalissa għandu total ta’ 368 punt segwit min ħuh Clayton Camilleri fuq mutur KTM b’272 punt. Filwaqt, fit-tielet post insibu lil Mark Mamo fuq mutur Yamaha b’242 punt.Aqra aktar

Tiġrijiet taż-żwiemel

Il-Ħamis fil-korsa tal-Marsa saret il-finali tat-Tazza Sette Giugno riservata għall-Klassi Premier li kienet ferm mistennija minħabba l-kwalità għolja taż-żwiemel li kien fiha.  Wara li żewġt’iżwiemel kienu rtirati 10 kienu fuq it-tluq f’tiġrija li kif kien mistenni fetħet b’veloċità qawwija.

Aqra aktar

Send this to a friend