Clinton Buhagiar – Page 47 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Klabbs mill-Premier juru interess f’Jan Tanti

One Sport jista’ jiżvela li l-attakant ta’ San Ġwann FC Jan Tanti qed jiġbed l-interess ta’ xejn anqas minn tlett klabbs ewlenin fil-Premier.  Tanti, li f’nofs l-istaġun li għadda kien ingħaqad ma’ Mosta FC, ħalla impressjoni tajba ħafna fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti tant li sorsi viċin il-klabb ikkonfermaw magħna li xejn anqas minn tlett klabbs qed juru interess fl-akkwist tal-attakant ta’ 20 sena.

Nifhmu li l-plejer lest li jkompli bil-karriera tiegħu fil-Premier għalkemm id-destinazzjoni finali għad mhix magħrufa.

Tibda l-kampanja t’akkwisti għal Tarxien Rainbows

Matul din il-ġimgħa Tarxien Rainbows ser ikunu qed iħabbru l-akkwisti kollha li saru s’issa f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li nhar it-Tnejn ħabbru li l-goalkeeper Andrea Cassar ġedded l-kuntratt tiegħu mat-tim, fl-aħħar sigħat ir-Rainbows ħabbru l-akkwist ta’ żewġ difensuri ġodda.

Aqra aktar

Ġimgħa ddedikata lill-isport

Il-European Week of Sport hija inizjattiva tal-Kummisjoni Ewropeja sabiex tippromwovi l-isport u l-attivita fiżika fil-pajjiżi Ewropej. SportMalta hija l-entita nazzjonali li qed tikkoordina din l-attivita f’Malta li ser issir f’Settembru għar-raba’ sena konsekuttiva.

Aqra aktar

Nilsson rilaxxat minn Tarxien Rainbows

L-attakant Svediż Alex Nilsson ġie rilaxxat minn Tarxien Rainbows. Dan wara li intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex tiġi fit-tmiema l-avventura ta’ bejniethom.

Nilsson qatta l-ewwel parti tal-istaġun li għadda jilgħab ma’ Birkirkara FC b’self mingħand Tarxien qabel ma ngħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Aqra aktar

Tintemm l-avventura ewropea ta’ Gżira United

Wara t-telfa ta’ 4 – 0 l-ġimgħa li għaddiet, ilbierah Gżira United ġew megħluba 1 – 0 minn Radnicki Nis tas-Serbja biex b’hekk ġew eliminati mill-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Kienet logħba diffiċli mill-bidu wara r-riżultat kiefer ta’ 4 – 0 fl-ewwel leg.  L-uniku gowl tal-logħba ġie skurjat wara 8 minuti minn Radovan Pankov.

Aqra aktar

Balzan FC jitilfu iżda jikkwalfikaw għat-tieni rawnd tal-Ewropa League

Ghal ewwel darba fl-storja tal-klabb, Balzan FC ikkwalifikaw għat-tieni rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League meta lbierah fl-Azerbaijan ġew megħluba 2 – 1 minn Kesla FK biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 5 – 3 wara r-rebħa f’pajjiżna ta’ 4 – 1 tal-ġimgħa li għaddiet.

L-avversarji kienu fil-vantaġġ kmieni wara penalty skurjat minn Cezar Mezza Colli fil-11 il-minuta.  Minuta fil-ħin miżjud, Kesla FC għamluhom tnejn grazzi għal Slavik Alhasov, gowl li kompla jqawwi qalb il-plejers Ażeri.

Aqra aktar

Send this to a friend