Clinton Buhagiar – Page 46 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Balzan FC jħallu Malta dalgħodu

Balzan FC dalgħodu ħallew pajjiżna sabiex jibdew bil-vjaġġ tagħhom lejn l-iSlovakkja qabel għada fit-20.30 ta’ filgħaxija jaffaċċjaw lil Slovan Bratislava fit-tieni leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.  Fl-ewwel leg li intlagħbet f’pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet Balzan FC rebhu 2 – 1 b’goals skurjati minn Kaljevic u Ljubomirac.

Aqra aktar

Kolp ieħor b’saħħtu minn Ħamrun Spartans

Tard ilbierah filgħaxija Ħamrun Spartans ħabbru l-akkwist tal-ex difensur ta’ Floriana Enrico Pepe.  Pepe wasal Malta propju ilbieraħ stess fejn immedjatament iffirma għal żewġ staġuni ma’ Ħamrun. It-Taljan ta’ 28 sena huwa wieħed mill-aqwa difensuri barranin li lagħab f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.

Aqra aktar

Ċiklisti żgħażagħ lura Malta minn kamp ta’ taħriġ ma’ Valerio Agnoli fi Fiuggi

Disa’ ċiklisti żgħażagħ immexxija minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, għadhom kif irritornaw lura Malta wara li ħadu sehem f’kamp ta’ taħriġ intensiv fi Fiuggi u rħula oħra fil-viċinanza fil-provinċja ta’ Frosinone, f’Lazio, l-Italja.

Dan kien parti mill-proġett il-ġdid tal-istess Federazzjoni flimkien ma’ Valerio Agnoli, ċiklista professjonali Taljan tal-ProTeam Bahrain-Merida. Il-programm ta’ taħriġ tfassal mill-kowċ professjonali Taljan Pierluigi Terrinoni, li huwa wkoll il-kowċ tal-istess Valerio Agnoli. Madankollu l-istess Agnoli ħa sehem f’kull taħriġ li għamlu ċ-ċiklisti Maltin. F’xi ġranet ħa ħsieb imexxi t-taħriġ Etienne Bonello, direttur tekniku tal-Federazzjoni Maltija. Iċ-ċiklisti Maltin ġabu lura magħhom ġranet ta’ ħidma u esperjenza utli, b’uħud minnhom iħallu mpressjoni ferm pożittiva.Aqra aktar

Riżultati pożittivi għal Valletta FC u Balzan FC fl-Ewropa League

Valletta FC u Balzan FC ilbieraħ kisbu riżultati pożittivi hekk kif iż-żewġ timijiet kienu fl-azzjoni fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.

Balzan FC għelbu lil Slovan Bratislava 2 – 1. Balzan fil-vantaġġ wara 16-il minuta grazzi għal Bojan Kaljevic u fis-67 minuta għamluhom tnejn grazzi għal Uros Ljubomirac. L-avversarji naqsu d-distakk fl-74 minuta grazzi għas-sostitut Vukan Savicevic.Aqra aktar

Finali MRTL Kampjonat tas-Sajf

Nhar il-Ħadd li ġej filgħaxija jiġi fi tmiemu l-ewwel parti ta’ l-istaġun tat-tiġrijiet hekk kif isiru s-seba’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf. Din is-sena dan il-Kampjonat qed jiġi sponsorjat mill-Marsa Race Track Limited (MRTL) li huwa konsorszju li qiegħed viċin ħafna li jilħaq ftehim mal-Gvern sabiex jieħu f’idu t-tmexxija tal-Korsa b’investiment li ħa jtejbu sostanzjalment il-faċilitajiet.

Aqra aktar

Send this to a friend